Left arrow Go Back

Monument f’Ġieħ l-Arċipriet Saverio Cassar f’Għawdex

pr1784
Date Icon 06/12/2005
Fuq inizjattivatal-Ministeru għal Għawdex ser jitwaqqaf f’Għawdex monument lill-Arċipriet Saverio Cassar, patrijott Għawdxi li mexxa l-imblokk tal-Franċiżi f’Għawdex fl-1798 u għal sentejn kien il-kap tal-Gvern Proviżorju fil-gżira.
Il-Monument ser jiġiinawgurat mill-E.T. il-President ta’ Malta, Dr. Edward Fenech Adami f’egħluq il-mitejn sena mill-mewt ta’ l-Arċipriet Saver Cassar waqt ċeremonja li ser issir nhar l-Erbgħa, 14 ta’ Diċembru fi Pjazza Indipendenza.
Il-monument jinkludi bustta’ l-Arċipriet u basso-riljev fil-bronż fuq bażi ta’ l-irħam ta’ Għawdex. Ix-xogħol sar mill-artist Michael Camilleri Cauchi u ġie fondut fil-bronż minn Joe Chetcuti.
Nhar il-Ġimgħa, 16 ta’Diċembru, il-Ministru għal Għawdex ser tinawgura wirja ta’ dokumenti storiċi relatati ma’ l-Arċipriet Saverio Cassar u żminijietu, fl-Arkivju Nazzjonali, Taqsima t’Għawdex; li jinsab fil-Librerija Pubblika fi Triq Vajrinġa, ir-Rabat.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow