Left arrow Go Back

IS-SUSSIDJI LILL-BDIEWA U LIR-RAĦĦALA JIKKONFERMAW L-IMPENN TAL-GVERN GĦALL-FUTUR TAS-SETTUR AGRIKOLU

pr1783
Date Icon 06/12/2005
Il-Gverngħadu għaddej bil-pagamenti ta’ sussidji li ġew imwiegħda lill-bdiewa.  Bħala parti minn dawn il-pagamenti, fil-jiem li ġejjin il-bdiewa se jirċievu ħlasijiet li jlaħħqu ‘l fuq minn Lm390,000 fuq il-biegħa li għaddiet mill-Pitkalija fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena.
Barraminn hekk, bħalissa qed tinħadem ukoll l-għajnuna li se tingħata għall-istess għan għat-tieni nofs tas-sena 2005 u sa’ Novembru 2005, din l-għajnuna mistennija tlaħħaq Lm460,000 oħra.  Din iċ-ċifra tkun imħabbra uffiċjalment ġaladarba jinħadem is-sussidji dovut għax-xahar ta’ Diċembru 2005.
B’hekkminn din il-miżura biss, il-bdiewa se jibbenefikaw minn għajnuna li tlaħħaq ‘il fuq minn Lm850,000 u li tkopri biss ħdax-il xahar.  Permezz ta’ din il-miżura se jibbenefikaw madwar 2,200 bidwi.
Irid jingħadli s-sussidji li jirċievu l-bdiewa u r-raħħala mhumiex taxxabli.  Ta’ min ifakkar ukoll li din mhix l-uniku għajnuna li qed igawdu minnha l-bdiewa Maltin u Għawdxin, liema għajnuna kienet negozjata ma’ l-Unjoni Ewropea biex isservi bħala l-ewwel saff ta’ protezzjoni għas-settur agrikolu.
Iridikun riaffermat li matul din is-sena se jkunu tqassmu ma’ l-Lm10 miljuni lill-bdiewa u r-raħħala Maltin u Għawdxin.  Dawn jikkonsistu:

·        f’5 miljun Liri Maltin  li tqassmu taħt il-programm magħruf bħala Special Market Policy Programme for Maltese Agriculture (SMPPMA),

·        3.8 miljun Liri Maltin li tqassmu permezz tal-Pjan għall-Iżvilupp Rurali u numru ta’ miżuri bħalma huma l-miżura ‘ad hoc’ għall-bdiewa full time,

·        l-istatus ta’ Malta bħala Żona Żvantaġġjata (less-favoured area),

kifukoll miżuri oħrajn agro-ambjentali.
Il-bdiewau r-raħħala ibbenefikaw ukoll minn Lm1.1 miljuni f’għajnuna oħra taħt l-iskemi apposta għar-ristrutturar.
Altrumilli l-Gvern mhux qed jonora l-obbligi tiegħu jew li l-Gvern ma jemminx bis-serjeta’ li dan hu settur importanti u li jeħtieġ ikun salvagwardjat.
Il-Gvernhu fl-istess ħin konxju li jeżistu problemi u li dawn qed jiġu ndirizzati.  Il-Gvern itenni d-determinazzjoni tiegħu li se jibqa’ għaddej bil-ħidma tiegħu biex il-bdiewa u r-raħħala jkollhom l-ambjent u l-kundizzjonijiet ideali biex jassiguraw futur sostenibbli għalihom u għas-settur agrikolu lokali.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow