Left arrow Go Back

Tisbiħ tal-Ġonna Howard b’investiment ta’ LM265,000

pr1781
Date Icon 06/12/2005
Il-Ministerugħat-Turiżmu u Kultura flimkien ma’ l-Awtorita’ għat-Turiżmu ta’ Malta qegħdin iwettqu proġett għat-tisbiħ tal-Ġonna Howard, barra s-swar ta’ l-Imdina. Hu stmat li f’dan il-proġett se jkunu investiti Lm265,000 li 75 fil-mija minnhom se jiġu minn fondi ta’ l-Unjoni Ewropea.
Il-proġettgħat-tisbiħ tal-Ġonna Howard hu wieħed minn żewġ proġetti li kkwalifikaw għal għajnuna mill-Unjoni Ewropea għal titjib tal-prodott turistiku. Għal dawn iż-żewġ proġetti l-Unjoni Ewropea qed tikkontribwixxi miljun Euro ta’ fondi. Il-proġett l-ieħor hu dak għat-tisbiħ tat-triq kollha mill-Valletta Waterfront tul it-Telgħa tal-Kruċifiss, Vjal Ġlormu Cassar għal Misraħ Kastilja. L-ewwel fażi ta’ dan il-proġett, it-tisbiħ ta’ Vjal Ġlormu Cassar, tlestiet f’dawn l-aħħar jiem.
Ix-xogħolta’ tisbiħ u ristrutturazzjoni tal-Ġonna Howard jinkludi titjib ta’ aċċessibilita’ għal min imur f’dawn il-ġonna, titjib fl-aċċessibilta’ tal-faċċata tal-mina ewlenija ta’ l-Imdina, ir-restawr tal-passaġġi kollha fil-ġonna u landscaping biex dawn il-ġonna jingħataw id-dehra sabiħa li kellhom fiż-żmien l-imgħoddi. Bħala parti mill-proġett il-Public Convenience se tiġi rilokata biex il-promenade tul il-foss jinfetaħ, se jitqiegħdu dwal ġodda, għamara tat-toroq ġdida u wiċċ ġdid.
Danil-proġett se jgħaqqad flimkien id-Domus Romana u l-Imdina – fejn għal dawn l-aħħar snin sar ħafna xogħol ta’ restawr flimkien mat-tqegħid taħt l-art tas-servizzi biex qed isir pavimentar ġdid – f’heritage park mill-isbaħ.
Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech qal li dan kien proġett ieħor li qed iwettaq il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura flimkien ma’ l-Awtorita’ għat-Turiżmu ta’ Malta biex intejjbu l-prodott turistiku li joffri pajjiżna.
“Il-Gvernidentifika sitt zoni li għandhom jingħataw priorita’ f’xogħljiet ta’ tisbiħ. L-Imdina, ir-Rabat, Ħad-Dingli, Ta’ Qali u l-Buskett huma waħda minn dawn iz-zoni u l-proġett ta’ tisbiħ tal-Ġonna Howard jinkwadra fil-ħidma li qed issir f’dan ir-rigward,” qal il-Ministru Zammit Dimech li żied ifakkar li l-Gvern fil-budget ta’ din is-sena ivvota Lm150,000 addizzjonali  għall-immaniġġjar taz-zoni turistiċi.
Il-MinistruZammit Dimech qal li l-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura flimkien mal-MTA kienu qed iwettqu proġetti oħra f’dawn iz-zoni. Hu semma li permezz ta’ fondi tal-MTA fi Qui Si Sana kien twaqqa’ l-Jumbo Lido biex ’il quddiem dan is-sit jissebbaħ. Fil-Mistra, wara li tneħħew trailers u biċċiet tal-baħar, il-MTA qed issebbaħ l-inħawi filwaqt li matul is-sena d-dieħla mistenni jitwettaq proġett ta’ tisbiħ fil-Ġonna Santa Margerita f’Bormla.
Il-MinistruZammit Dimech qal li l-Gvern kien għaddej b’diversi proġetti ta’ tisbiħ ma’ Malta u Għawdex kollha. Hu qal li dawn il-proġetti kienu se jgħollu l-prodott Malti għat-turisti iżda kienu se jikkontribwixxu wkoll biex il-poplu Malti jgħix f’ambjent aħjar.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow