Left arrow Go Back

Laqgħa mal-bdiewa fil-jiem li ġejjin

pr1778
Date Icon 05/12/2005
Delegazzjoni mill-Ministerugħall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent se tiltaqa’ mal-bdiewa f’laqgħa li se ssir fil-jiem li ġejjin.  Dan jirriżulta minn laqgħa li saret illum bejn uffiċjali mill-Ministeru mmexxija mill-Ministru u mis-Segretarju Parlamentari u rappreżentanti ta’ l-Assoċjazzjoni tal-Bdiewa.
Il-Ministru għall-AffarijietRurali u l-Ambjent George Pullicino ikkonferma l-impenn tal-Ministeru li jiltaqa’ u jisma lill-bdiewa.
L-Assoċjazzjonital-Bdiewa sejħet laqgħa għal nhar il-Ġimgħa li għaddiet u l-Ministru kien informa lill-Assoċjazzjoni li ma setax jattendi għaliha minħabba impenji uffiċjali barra minn Malta , iżda kienu preżenti uffiċjali mill-Ministeru.  Wara dik il-laqgħa, ssejħet laqgħa oħra għal lum fis-1pm.  Il-Ministru u s-Segretarju Parlamentari nfurmaw lill-Assoċjazzjoni li ma setgħux jattendu għal-laqgħa minħabba laqgħa tal-Kabinett u li kienu disposti li jilqgħu lir-rappreżentanti ta’ l-Assoċjazzjoni tal-Bdiewa llum stess fit-3pm.
Ir-rappreżentantital-bdiewa flimkien ma’ numru ta’ bdiewa marru l-Ministeru u ltaqgħu ma’ delegazzjoni tal-Ministeru mmexxija mill-Ministru, s-Segretarju Parlamentari u uffiċjali għolja tal-Ministeru.
Kien matul din il-laqgħali kien deċiż li ssir laqgħa oħra għall-bdiewa f’post adattat li kapaċi jilqa’ numru ikbar ta’ nies.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow