Left arrow Go Back

IL-FRONT KONTRA L-IMPJANT TA’ SANT’ANTNIN JAGĦŻEL LI JIBQA’ JŻOMM RUĦU IŻOLAT

pr1772
Date Icon 05/12/2005
Il-konferenza ta’ l-aħbarijietmogħtija llum mill-Front ta’ Kontra l-Impjant ta’ Sant’Antnin serviet biss biex għal darb’oħra reġgħu kienu ripetuti argumenti li ilhom jiġu mwieġba, u kkonfermat li l-Front għażel li jżomm ruħu iżolat f’din il-kwistjoni.
Il-Front ta’ Kontra l-Impjanttilef okkażjoni tad-deheb biex matul il-konferenza ta’ l-aħbarijiet iħeġġeġ lill-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn biex jilqa’ l-appell tal-Gvern u jkun rappreżentat f’kumitat li jissorvelja l-operat ta’ l-impjant ġaladarba dan jitlesta.  Il-Front għażel li jżomm il-pożizzjoni intransiġenti tiegħu u dan minkejja li llum anke l-Partit ta’ l-Oppożizzjoni jirrikonoxxi li l-impjant jista’ jkun modernizzat u li dan huwa aċċettabbli.
Matul il-konferenza ta’l-aħbarijiet il-Front irrepeta wkoll numru ta’ mistoqsijiet intiżi li jimmiżgwidaw dwar il-proposti tal-Gvern għall-immodernizzar ta’ Sant’Antnin.
F’ġieħ il-verita’,il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent itenni li l-aqwa garanzija li jista’ jagħti li l-impjant se jieħu biss 71,000 tunnellata ta’ skart, jew terz ta’ l-iskart kollu ġġenerat f’Malta, huwa l-istess permess preliminari li tat il-MEPA li jispeċifika bl-aktar mod ċar li l-impjant kif modernizzat se jieħu biss 71,000 tunnellata ta’ skart.
Għal darb’oħra l-Frontgħażel li jistaqsi fejn se jsiru l-impjanti l-oħrajn ta’ riċiklaġġ.  Il-Gvern għaddej bil-proċess ta’ reviżjoni ta’ l-Istrateġija Nazzjonali għall-Immaniġġjar ta’ l-Iskart u meta dik l-istrateġija tkun lesta, fiha tkun tinkludi wkoll il-proposti għall-bini ta’ l-impjanti u l-infrastruttura meħtieġa biex pajjiżna jimmaniġġja l-iskart li jiġġenera.
Fost il-garanziji lijipprovdi, il-permess innifsu jitlob ukoll garanzija finanzjarja li l-Wasteserv hija marbuta li tagħmel biex ikun żgurat li l-impjant jitħaddem kif qed ikun propost.  Bħala l-aġenzija tal-Gvern responsabbli mill-immaniġġjar ta’ l-iskart f’Malta, il-Wasteserv għandha r-responsabbilta’ li tara li l-impjant isir u jitħaddem kif qed ikun propost.
Fuq il-kwistjoni ta’l-appell imressaq mill-Front għad-deċiżjoni tal-MEPA, jrid ikun riaffermat li dan bl-ebda mod ma jimpedixxi l-ħruġ tat-tender u li bil-ħruġ tat-tender ma nkisret ebda liġi Maltija, kif ġie allegat mill-Front.
Il-Ministeru jtenni l-appellbiex il-Front iwaqqaf it-tattika tiegħu li għandha biss l-għan li ddewwem il-proċess biex jinbeda x-xogħol ta’ mmodernizzar, u b’hekk jintilfu l-fondi allokati għal dan lil-proġett li jlaħħqu is-€17-il miljun u li huma ġejjin mill-Fondi ta’ Koeżjoni ta’ l-Unjoni Ewropea.  Il-Gvern se jibqa’ kommess li jimplimenta l-proposti tiegħu b’rispett lejn il-liġijiet u r-regolamenti ta’ pajjiżna.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow