JICCELEBRA 25 SENA TA' XOGHLIJIET ARTISTICI
pr1767
02/12/2005
| Il-Ministru | għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech inawgura wirja ta’ xogħlijiet ta’ pittura minn Joseph Barbara li ttelgħet fl-Intercontinental Hotel, San Ġiljan. Il-Ministru Zammit Dimech qal li fix-xogħlijiet tiegħu Barbara juża kull tip ta’ materjal iżda juża wkoll skart biex minnu joħroġ xogħlijiet ta’ l-arti. |
| Joseph Barbara hu artist | u għalliem li esperimenta b’xogħlijiet straordinarji ta’ skultura fil-metall u pittura. Barbara hu magħruf ukoll għall-kalendarji li pproduċa fl-aħħar 17 il-sena li kull sena juri prints tax-xogħlijiet tiegħu. Dawn jinkludu pastel drawings ta’ ‘Trades of Malta’ u ‘Feasts of Malta’ għal pittura bil-pinna u l-inka tat-28 Gran Mastru ta’ l-Ordni ta’ San Ġwann. Suġġetti oħra huma landmarks Maltin fi stil prismiku u tpingija bil-lapis ta’ kartolini qodma, ritratti antiki u żwiemel. |
| Joseph Barbara tella’ | wirjiet fost il-komunitajiet Maltin u Awstraljani f’Sydney u Melbourne fl-Awstralja fl-1998, f’Schesslitz fil-Ġermanja fl-2001 fejn ingħata premju għall-iskultura tiegħu fl-istainless steel fil-Malta Biennale, li kienet tinkludi artisti minn 105 pajjiż. |
| Fl-2002 tella’ wirja waħdu | fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi, fl-2003 tella’ wirja fil-Malta China Friendship Society filwaqt li fl-istess sena ngħata l-Gold Award għal xogħol magħmul minn fliexken tal-plastik intitolat “The Three Graces”. Fl-istess sena wkoll mar Guangzhou fi-Ċina fejn, flimkien ma’ żewġ artisti Maltin oħra, wera ix-xogħlijiet tiegħu f’dak il-pajjiż. Fl-2004 Joseph Barbara ġie kkummissjonat mill-Kunsill Lokali Żejtun biex itella’ fi ġnien pubbliku, tliet skulturi: waħda minn ġebel, metall u fibre glass li jippersonifikaw il-passat ‘Stone Age’, il-preżent ‘Iron Age’ u l-futur ‘Fibre Glass’; oħra intitolata ‘Radical Construction’ inħadmet minn materjal skartat u l-aħħar waħda, omaġġ lil Olimpjadi magħmula minn metall turi l-ħames ċrieki ta’ l-Olimpjadi. |
| Din is-sena Joseph | Barbara iċċelebra l-25 sena ta’ wirjiet tax-xogħlijiet tiegħu b’erba’ wirjiet: waħda fil-Lukanda Imġarr f’Għawdex; oħra fil-Fiera Internazzjonali ta’ Malta; kollezzjoni ta’ pittura varja fil-Multitrade Ltd f’Ħaż Żebbuġ u oħra ta’ 40 pittura u sitt stallazzjonijiet kbar fl-Intercontinental Hotel, f’San Ġiljan. |
| “Fil-ħolm tiegħu Joseph Barbara kien | ispirat biex iwettaq xogħlijiet interessanti u ta’ natura mhux tas-soltu. Dan wassal biex Barbara jwettaq xogħlijiet ta’ arti li minbarra milli huma sbieħ għandhom ukoll messaġġ favur l-ambjent,” qal il-Ministru Zammit Dimech li awgura lil Barbara għall-ħidma tiegħu fl-aħħar 25 sena u biex iwettaq aktar xogħlijiet ta’ l-arti fil-futur. |
Other Press Releases:
PR261950en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...
PR261950