“Il-GWU tattakka l-attivita` kummerċjali f’pajjiżna f’dawn il-jiem ta’ festi” – Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo
pr1766
02/12/2005
| Waqt | laqgħa li s-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, kellu mas-settur kummerċjali, numru ta’ sidien ta’ negozji lmentaw mill-aġir tal-General Workers’ Union, fejn qalu li jidher li bl-iskuża li trid tiddefendi lill-ħaddiema, il-GWU qiegħda torganizza protesti li huma maħsuba biex iwasslu biex jiddistabiliżżaw it-trankwilita` li l-poplu qiegħed jgħix fiha. Dan bil-ħsieb li jdaħħlu inċertezza li twassal għal nuqqas ta’ bejgħ u negozju għal żmien il-festi tal-Milied. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Edwin Vassallo f’kumment li għamel waqt il-laqgħa, ikkundanna d-deċiżjoni tal-GWU li qed tgħid li trid tiddefendi l-interessi tal-ħaddiema u bl-azzjonijiet tagħha, qed tagħmel il-kuntrarju ta’ dak li qiegħda ssostni fid-dikjarazzjonijiet tagħha. |
| “Filwaqt | li l-GWU qiegħda tgħid li qed tiddefendi l-impjiegi tal-ħaddiema, bl-azzjonijiet tagħha trid toħloq inċertezza fost il-poplu Malti u Għawdxi, biex f’dawn iż-żminijiet ta’ festi tnaqqas mis-saħħa tal-kummerċ. Kien dan il-Gvern li ħa d-deċiżjoni li jikkonsulta mal-poplu dwar il-prijoritajiet tiegħu għall-budget. Kien l-istess Gvern li ħa d-deċiżjoni li l-budgete ta’ din is-sena jkun moqri fil-Parlament f’Ottubru, u kienet id-deċiżjoni tal-Gvern li ma jintroduċix taxxi ġodda jew iżid mat-taxxi preżenti. Dawn id-deċiżjonijiet kollha kienu meħuda mill-Gvern biex l-attivita` kummerċjali tingħata spinta u bit-trankwilita` li tinħoloq fil-pajjiż, l-attivita` kummerċjali tkun tista’ tiżdied.” |
| “Il-GWU, | għall-kuntrarju, għaliex temmen fl-effett pożittiv ta’ dawn id-deċiżjonijiet tal-Gvern, qed tipprova timmina l-istabbilita` kummerċjali, kemm fost il-konsumaturi, kif ukoll fost is-sidien tan-negozji, u qed tagħmel kull ma tista’ biex proprju toħloq diżordni biex tnaqqas l-attivita` kummerċjali tal-bejgħ u l-kummerċ – f’dawn il-festi.” |
| “Din | id-deċiżjoni tal-GWU hija maħsuba mhux biex f’pajjiżna jinħoloq ix-xogħol, iżda biex f’pajjiżna tonqos l-attivita` kummerċjali, jonqos il-kummerċ, u jintilfu l-impjiegi.” |
| Is-Segretarju | Parlamentari Vassallo kompla jgħid li “fil-fehma tiegħi, bid-deċiżjonijiet u l-protesti tagħha, il-GWU qed tattakka direttament lill-impjiegi maħluqa mill-kummerċ. U dan, għaliex kull ma qiegħda tagħmel hu li qed tipprova tnaqqas il-kummerċ li f’dawn iż-żminijiet ikun fl-aqwa tiegħu.” |
| F’dan | ir-rigward, l-Onor. Vassallo sostna li l-GWU qiegħda tkun irresponsabbli mal-ħaddiema u ma’ min iħaddem u qiegħda turi lill-poplu Malti u Għawdxi li qed tgħix gidba f’sitwazzjoni ta’ realta`. Dan għaliex il-GWU qed taġixxi bil-kontra ta’ dak li qed tgħid li qed tagħmel. |
| Fi | tmiem il-laqgħa mas-sidien tan-negozji, is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo sostna li permezz ta’ dan l-aġir, il-GWU qed turi li l-aġenda tagħha mhix il-ħolqien tax-xogħol f’dan il-pajjiż, iżda aġenda partiġġjana li tissodisfa l-interessi tagħha biss. |
| Għaldaqstant, | is-Segretarju Parlamentari ħeġġeġ lill-konsumaturi u lis-sidien tan-negozji sabiex jinjoraw il-pressjoni li qed tipprova toħloq din il-Union, u jagħmlu minn kollox biex ikunu kompetittivi biex f’pajjiżna l-attivita` kummerċjali tkompli tikber, l-impjiegi jiżdiedu u l-kummerċ f’pajjiżna jissaħħaħ. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949