Left arrow Mur Lura

Rebħa importanti għal Malta li se jwassal biex pajjiżna jibbenefika aktar mill-programm ta’ l-Unjoni Ewropea Life +

pr1765
Date Icon 02/12/2005
Maltagħamlet rebħa importanti li għandha twassal biex pajjiżna jkun f’pożizzjoni li jibbenefika aktar mill-programm ta’ għajnuna ta’ l-Unjoni Ewropea :  Life +.
Danjirriżulta minn deċiżjoni li ttieħdet fi tmiem dibattitu li sar waqt il-laqgħa tal-lum tal-Kunsill tal-Ministri ta’ l-Ambjent li saret fi Brussel u li għaliha attenda l-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, George Pullicino.
Maltarnexxielha tassigura kundizzjonijiet favorevoli li għandhom iwasslu biex pajjiżna jkun f’pożizzjoni vantaġġjuża biex jieħu għajnuna akbar taħt dan il-programm.  Matul il-laqgħa tal-lum, Malta wasslet biex il-Kunsill tal-Ministri rrikonoxxa d-dritt li l-fondi taħt dan il-programm jiġu allokati skond kriterju tad-densita’ u li dan il-kriterju jkun japplika għall-pajjiżi kollha.
Il-propostaoriġinali kienet tgħid li l-kriterju tad-densita’ tal-popolazzjoni jeskludi lil Malta u l-Lussemburgu u b’hekk pajjiżna kien se jkun żvantaġġjat għall-aħħar.
Fl-interventtiegħu waqt il-laqgħa, l-Ministru George Pullicino aċċetta l-proposta tal-Presidenza li l-kriterji jinkludu d-densita’ tal-popolazzjoni, iżda qal li Malta ma tista taċċetta qatt  li dan il-kriterju jitħaddem b’mod li jaqta’ barra lill-pajjiżna, li hu l-aktar pajjiż b’densita’ għolja fl-Unjoni Ewropea.  Hu ppropona li minflok ma’ l-kriterju tad-densita’ jkun eskluż għal xi pajjiżi b’mod arbitrarju, d-densita’ tal-popolazzjoni tittieħed in kunsiderazzjoni b’mod ġust għal kulħadd.
Permezztal-proposta tal-Gvern Malti, pajjiżna issa se jibbenefika minn allokazzjoni ta’ €2 miljuni meta bil-proposta oriġinali Malta kienet tkun eliġibbli għal allokazzjoni ta’ ftit aktar minn €1 miljun.
F’kummentili ta fi tmiem il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri, l-Ministru George Pullicino esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal dan l-iżilupp u qal li dan jikkonferma kemm pajjiżna jinsab f’pożizzjoni li jinfluwenza deċiżjonijiet u jassigura li kull deċiżjoni tħares l-interessi nazzjonali tagħna.   Hu żied jgħid li dan kien punt ta’ prinċipju għal pajjiżna għaliex dan għandu impatt orizzontali għal deċiżjonijiet oħrajn li tieħu l-Unjoni Ewropea.
Iridjingħad li l-programm Life + jidħol fis-seħħ mis-sena 2007 u se jieħu post il-programmi Life u Life Nature.  L-iskop tal-programm Life + se jkun aktar wiesa’ minn dak li kien hemm sa’ llum.  Il-proġetti li jibbenefikaw għall-għajnuna taħt il-programm Life + se jibdew jintagħżlu mill-pajjiżi individwali u mhux aktar mill-Unjoni Ewropea kif kien jiġri sa’ issa.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow