Left arrow Go Back

Tirreġistra l-10,000 skola għall-programm ’e-Twinning’ f’inqas minn sena

pr1764
Date Icon 02/12/2005
“Permezz tat-teknoloġija, it-tagħlim fl-iskejjel qiegħed jieħu rwoldifferenti. Għalliema u studenti għandhom l-opportunità li jiksbu tagħrif u informazzjoni vasta permezz ta’ l-internet. U bis-saħħa ta’ programmi bħal e-Twinning, skejjel Ewropej jistgħu jikkomunikaw u jaqsmu informazzjoni bejniethom fuq bażi regolari”. Dan qalu l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, Dr. Louis Galea, waqt workshop tal-programm eTwinning li qed isir bħalissa f’Malta b’parteċipazzjoni ta’ 19-il pajjiż Ewropew.
F’Malta hawn 135 għalliema minn 71 skola li humarregistrati f’dan il-programm. eTwinning hu programm li beda jopera ftit inqas minn sena ilu fi ħdan l-eLearning Programme tal-Kummisjoni Ewropea. L-iskop hu li skejjel primarji u sekondarji minn madwar l-Ewropa kollha jingħaqdu flimkien permezz ta’ l-internet u b’hekk studenti jkunu qed jipprattikaw kemm il-lingwi kif ukoll jagħmlu użu mit-teknoloġija.
Bħala promozzjoni għall-eTwinning, l-eTwinning CentralSupport Service ta’ Brussel flimkien mal-Malta National Support Service qed jorganizzaw “eTwinning Professional Development” workshop li jikkonċentra fuq l-iskejjel primarji.  Dan huwa t-tieni workshop ta’ dan it-tip fejn rappreżentanti minn pajjiżi Ewropej jiltaqgħu flimkien u jiddiskutu u jaqsmu l-esperjenzi tagħhom bejniethom.  Malta se tospita dan il-workshop li għalieh se jattendu parteċipanti minn 19-il pajjiż Ewropew.  Din l-attività se tkun qed issegwi avveniment importanti fl-iżvilupp tal-programm e-twinning hekk kif il-ġimgħa li għaddiet irreġistrat l-10,000 skola f’dan il-programm.  Dan hu riżultat ta’ l-impenn tat-tim ta’ Brussel imma wkoll tal-ko-ordinaturi f’kull pajjiż u ta’ l-iskejjel u l-għalliema infushom.  L-iskejjel li qed jipparteċipaw f’dan il-programm qed juru bil-fatti li jemmnu fin-networking u l-kunċett tat-twinning permezz tat-teknoloġija u l-għalliema qed juru li lesti jinqatgħu mill-prattiċi tradizzjonali biex iħaddnu prattiċi innovattivi li huma aktar rilevanti għall-istudenti tal-lum.
“Għalliema li jagħmlu użu minn proġetti bħal dawn fejnjintegraw it-teknoloġija mat-tagħlim ta’ kuljum u jfittxu metodi differenti minn dawk tradizzjonali biex jgħallmu qed ikunu ta’ benefiċċju kbir għall-istudenti”, kompla jgħid Dr. Galea. “L-eTwinning mhux biss qed jgħin biex it-tfal jipprattikaw lingwi differenti u jagħmlu użu mit-teknoloġija iżda wkoll biex jitgħallmu fuq kulturi oħrajn u jsiru aktar tolleranti. Barra minn hekk l-għalliema jkunu jistgħu jitkellmu ma’ għalliema li ġejjin minn skejjel Ewropej differenti u jitgħallmu mill-esperjenzi ta’ xulxin”.
Għal aktar informazzjoni dwar il-programm eTwinningwieħed għandu jagħmel użu mill-website www.etwinning.net fejn barra reġistrazzjoni u informazzjoni dwar il-programm, wieħed jista’ wkoll isib partners minn pajjiżi differenti, jieħu ideat ta’ proġetti, etc.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow