Left arrow Go Back

Lm1.4 miljun ghas-settur tas-Sajd

pr1762
Date Icon 02/12/2005
Is-Segretarju Parlamentari responsabbli għall-Biedja u s-Sajd flimkienma’ l-Membru Parlamentari  Ewropew, l-Onor David Casa, MEP., dalgħodu żaru t-taqsima għall-konservazzjoni u l-kontroll tas-sajd fit-Torri San Luċjan, M’Xlokk.
Dr Agius qal li barra mis-sajd tradizzjonaligħandna l-qasam ta’ l-Akwakultura – li t-tonn sa ċertu punt jagħmel parti minnu – għax it-tonn li jinqabad fis-selvaġġ, jiġi msemmen fil-fish farm, hekk imsejħa tuna pens – u dan izid il-valur tiegħu.
Iċ-ċentru ta’ l-akwakultura qed jaħdem flimkienmas-settur privat biex jitkabbar ħut ieħor barra mill-Ispnott, l-Awrat, u t-tonn. L-iktar ħuta promettenti hija l-aċċjola. Jekk aħna, f’Malta jirnexxielna nagħmlu dan ikollna breakthrough importanti.
Ħadd ma jsemmi l-impjiegi li jinħolqu jew il-valurmiżjud tal-prodott Malti. Insibu hafna jilmentaw li f’Malta m’għandniex riżorsi. Dr Agius qal li l-baħar u l-użu tiegħu  huwa riżors fih innifsu. L-iżvilupp ta’ l-akwakultura huwa rikonoxxut mill-FAO u anke mill-politika komuni dwar is-sajd ta’ UE biex jinżammu, b’mod sostenibbli l-komunitajiet tas-sajd madwar ix-xtajtiet tal-pajjizi. Dr Agius fakkar li s-suq li fih imur dan il-prodott hu wieħed soffistikat u mfittex ħafna bħal m’hu l-Ġappun.
Permezz ta’ sħubija taghna fl-Unjoni Ewropea issaaħna nistgħu napplikaw għall-fondi biex b’hekk, dan is-settur jkun jista’ jibbenefika minn għajnuna finanzjarja. Dr. Agius spjega kif din is-sena anke fid-diskors tal-budget hemm ivvutati flus biex isiru Dry standing facilities. Din hija xi ħaġa ġdida li s-sajjieda li qabel kienu jitilgħu l-Italja biex jagħmlu l-manutenzjoni tad-dagħajjes tagħhom, issa ser ikunu jistgħu jagħmlu dan f’Malta stess. Dan ser ifisser li ser jinxtraw żewġ ‘cranes’ wieħed ta’ 50 tunnellata u l-ieħor ta’ 250 tunellata. Wieħed ikun marbut fuq l-art u l-ieħor għandu l-faċilita’ li jinżel taħt l-ilma u jerfgħa l-bastiment. Dan ser jipprovdi 16-il post fejn id-dgħajjes tas-sajjieda tista’ ssirilhom manutenzjoni. Dan ser isir f’Marsaxlokk u ser jiġi jiswa Lm1 miljun li minnhom 75% huma fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea.
B’hekk ser jitnaqqsu l-ispejjeż tas-sajjiedaMaltin. Dan juri l-impenn tal-gvern lejn dan is-settur u lejn is-sajjieda tagħna, qal Dr Agius u “ser inkomplu naħdmu ħalli dan is-settur ikompli jsir iktar professjonali u l-konsumatur tagħna dejjem ikollu prodott ta’ kwalita’.” Dr Agius irringrazzja lill-Onor. David Casa tax-xogħol siewi tiegħu fil-Parlament Ewropew u ta’ l-għajnuna kolha li jsibu t-tekniċi Maltin meta jitilgħu fi Brussels għal taħdidiet fuq dan is-settur.
Il-Membru Parlamentari Ewropew David Casa minnnaħa tiegħu qal li għamel dak kollu li setgħa biex ikompli jġib fondi għal dan is-settur. Is-Sur Casa qal li l-fond Ewropew għas-Sajd huwa proġett innovattiv li jimplimenta l-għanijiet li kienu deċiżi mir-riforma tal-politika komuni għas-sajd, sabiex tiġi simplifikata u deċentralizzata s-sistema tat-tqassim tal-fondi, sabiex ikunu jistgħu jintlaqgħu l-isfidi li kellha quddiemha l-Unjoni Ewropea bid-dħul ta’ l-għaxar pajjiżi membri ġodda. L-allokazzjoni għal dan il-fond hija ta’ 5 biljun Euro.
Tajjeb li wieħed isemmi l-għajnuna li tista’tingħata issa permezz ta’ dan il-fond. Fost dawn hemm għajnuna għal taħriġ, skemi ta’ rtirar kmieni, fondi speċjali għal apparat ta’ sigurta’ fuq il-post tax-xogħol, fondi li jgħinu lis-sajjied jixtri apparat għas-sajd aktar effetiv u opportunitajiet lin-nisa sabiex ikunu jistgħu jintegraw ruħhom fis-settur temm jgħid David Casa.
Dr. Agius u David Casa kienu mdawwra mal-kumpless mid-DiretturĠenerali responsabbli mit-taqsima għall-Konservazzjoni u Kontroll tas-Sajd, Dr. Anthony Gruppetta.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow