Left arrow Go Back

Kantant popolari ieħor Taljan għal kunċert f’Malta

pr1760
Date Icon 02/12/2005
Claudio Baglioni, li llum għandu 54 sena, beda l-karrieratiegħu f’tarf is-snin sittin iżda sploda fl-1972 bil-kanzunetta ‘Questo Piccolo Grande Amore’, li aktar tard ingħatat it-titlu tal-Kanzunetta tas-Seklu fl-Italja.
Suċċessi oħra għal Baglioni kienu ‘E tu …’ li biharebaħ il-Festivalbar fl-1974, ‘Sabato Pomeriggio’ u ‘Poster’. Ma’ dawn il-kanzunetti żdiedu oħrajn bħal ‘Avrai’ u ‘Strada facendo’, li llum saru għat-Taljani bħal speċi ta’ innijiet.
Dan ix-xahar Baglioni ħareġ kollezzjoni ta’ 40kanzunetta ‘Tutti Qui 1967-2005’ li jiġbru s-suċċessi tiegħu ta’ 38 sena.
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis ZammitDimech tkellem waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet fejn ingħataw dettalji dwar iż-żjara ta’ Claudio Baglioni f’Malta.
Hu qal li l-NnG Promotions, f’dan il-kunċertf’assoċjazzjoni ma’ Colours of Malta, għamlu isem għalihom għan-numru ta’ kunċerti li kienu qed jorganizzaw. Hu fakkar kif fl-2003 dawn ġabu fostna lil Elton John, Amici u Massimo Ranieri, filwaqt li s-sena l-oħra ġabu lil Eros Ramazzotti. Kienu wkoll involuti fl-attivitajiet organizzati minn Welcomeurope f’Mejju 2004, meta Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea.
Hu qal li kunċerti bħal dawn kienu qed iwasslu biexil-Maltin ikunu jistgħu jsegwu mill-qrib kantanti favoriti tagħhom u biex turisti li jkunu f’Malta jkollhom okkażjonijiet oħra li jistgħu jiffrekwentaw u hekk ikomplu jagħmlu miż-żjara tagħhom esperjenza mill-isbaħ.
“Claudio Baglioni talab hu li jkanta fiċ-Ċentrutal-Mediterran għall-Konferenzi wara suċċess li kellu meta kanta f’kunċert privat fl-istess post is-sena l-oħra. Nemmen li wara s-suċċess li kellu dan iċ-Ċentru waqt iċ-CHOGM ftit tal-jiem ilu, se jikkontribwixxi wkoll biex anke l-kunċert ta’ Claudio Baglioni ikun suċċess kbir”, qal il-Ministru Zammit Dimech li żied li dan iċ-Ċentru rċieva kliem ta’ tifħir mhux biss għall-mod kif kienu organizzati l-attivitajiet li saru fih, iżda anke għax-xogħol ta’ restawr li sar fih u li reġa ta lil dan il-bini storiku, il-glorja li kien igawdi fi żminijiet imgħoddija.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li kunċerti bħal dan ta’Claudio Baglioni saru parti mill-kalendarju kulturali ta’ pajjiżna. Hu fakkar li f’pajjiżna issa qed ikunu organizzati sensiela ta’ attivitajiet kull sena – uħud minnhom bħal Jazz Festival, il-festival tal-Logħob tan-Nar u l-Historic Cities Festival, dati regolari fil-kalendarju kulturali ta’ pajjiżna filwaqt li oħrajn bħal kunċert ta’ Baglioni, avvenimenti addizzjonali ma’ dawk regolari.
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li filwaqt lidawn il-kunċerti jattiraw lejhom eluf ta’ Maltin, dawn qed jikkontribwixxu wkoll biex ngħollu l-prodott turistiku f’pajjiżna. Francis Zammit Dimech qal li fl-ewwel 10 xhur ta’ din is-sena reġa’ kellna żieda fin-numru ta’ turisti li żaruna u żieda fid-dħul ta’ munita barranija. Hu qal li dan ma kienx ikun possibbli kieku fost il-ħidma li qed issir ma jkunux organizzati avvenimenti regolari li jippromwovu lil Malta bħala esperjenza ta’ min jgħaddi minnha u mhux sempliċiment destinazzjoni oħra.
Il-Ministru Zammit Dimech irringrazzja lil NnGProomtions, lil ‘Colours of Malta’, li jifformaw parti mill-industrija tat-turiżmu fil-pajjiż, u lil kull min ta sehmu biex dan il-kantant jinġieb Malta. Hu awgura wkoll kull suċċess lill-organizzaturi.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow