Diskors mill-Onor. Carmelo Mifsud Bonnici, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern, waqt preżentazzjoni ta’ kotba għal libreriji pubbliċi mill-Ambaxxatur taċ-Ċina għal Malta l-E.T. s-Sur Liu Zhengxiu – Valletta - 1 ta’ Diċembru 2005
pr1759
02/12/2005
| Huwa pjaċir għalija li nkun preżenti għal | din l-attività llum. Irrid nirringrazzja b’mod partikolari liċ-Ċentru Kulturali Ċiniż u l-Kumitat għall-Iżvilupp tal-Libreriji Pubbliċi fil-Kunsilli Lokali li bil-koperazzjoni u l-ħidma tagħhom qegħdin hawn. Aħna grati lejn din il-ħidma li permezz tagħha saret din id-donazzjoni. |
| Huwa ċert li ċ-Ċina huwa pajjiż li qiegħed f’fażi ta’ espansjoni u ma | hemmx dubbju li r-relazzjonijiet kulturali u kummerċjali bejnietna ser jikbru. Iktar ma jkun hemm għarfien mal-poplu ta’ x’inhija ċ-Ċina u x’tirrappreżenta, iktar aħjar għax il-futur ser jiġbed żgur f’dik id-direzzjoni. Pajjiżna huwa ferħan li għandu hawn il-preżenza taċ-Ċentru Kulturali Ċiniż għax hemm bżonn li jkun hemm iktar Maltin li jitgħallmu l-lingwi li jiġu mitkellma ċ-Ċina. Jekk pajjiżna ma jieħux minn issa din l-opportunità, allura jkun qiegħed jibqa’ lura fil-konfront ta’ dak li qiegħed diġà jsir minn ħaddieħor. |
| Għalhekk aħna grati ta’ din id-donazzjoni | ta’ kotba fuq iċ-Ċina għax permezz tagħhom ser ikun hemm fuq l-ixkafef ta’ diversi libreriji reġjonali l-materjal neċessarju li jista’ jinqara. Il-ktieb huwa strument importanti ta’ informazzjoni li ma jista’ jiġi sostitwit b’xejn. Għalhekk dan huwa pass importanti li bih ir-rapporti tagħna maċ-Ċina ser jiġu ssudati u l-għażla fil-libreriji pubbliċi tagħna mkabbra. |
Other Press Releases:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949