Arti, manifattura u kummerċ b’egħruq fil-fond
pr1758
01/12/2005
| Il-Malta Society of Arts, Manufactures | and Commerce f’kollaborazzjoni mal-Malta Trade Fairs Corporation qed torganizza r-Raba’ Kompetizzjoni Nazzjonali ta’ l-Arti u Wirja fit-Trade Fair and Exhibition Centre fin-Naxxar bejn l-1 u l-4 u bejn is-7 u t-13 ta’ Diċembru ta’ din is-sena. |
| Fil-Kompetizzjoni u l-Wirja hemm 123 | biċċa xogħol artistiku ta’ kull tip, minn watercolours, ċeramika, akrilika, inka, żejt fuq l-injam u l-kanvas, ġebla Maltija, mixed media, aluminju u mixed media, kartapesta, stucco, lapis u media oħra. |
| Il-Malta Society of Arts, Manufactures and Commerce twaqqfet | fl-1852 fejn bdiet torganizza wirjiet bil-ħsieb li tkabbar l-entużjażmu bejn il-membri. Is-Soċjeta’ minn żmien għall-ieħor organizzat kompetizzjonijiet u wirjiet għaċ-ċeramika, tpinġija, skultura, ġojjelli, bizzilla, irrakkmar u snajja’ oħra. |
| Is-Soċjeta’ kienet ukoll tgħin studenti li kienu jipprometti biex | isiefru ħalli jissuktaw bl-istudji akkademiċi u artistiċi tagħhom. Fost dawn l-istudenti kien hemm Giuseppe Cali, Lazzaro Pisani u Antonio Sciortino. |
| Il-Malta Society of Arts, Manufactures | and Commerce fetħet l-ewwel skola tal-bizzilla f’Malta. Waqqfet ukoll skola bi klassijiet għall-kbar għat-tagħlim tal-filigranu, tpinġija, tiswija ta’ l-arloġġi, tifsil tal-ħwejjeġ ta’ l-irġiel u n-nisa, tifsil u ħjata, modellar, xogħol ta’ l-idejn, tagħlim ta’ strumenti tal-mużika u kant. |
| Il-Malta Society of Arts, Manufactures and Commerce fl-2002 | għalqet 150 sena mit-twaqqif tagħha. Din is-Soċjeta’ hi mniżżla bħala Entita’ tal-Gvern fil-qasam kulturali skond il-liġi mgħoddija fl-2002. |
| Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura | Francis Zammit Dimech tkellem waqt l-inawgurazzjoni tar-Raba’ Kompetizzjoni Nazzjonali ta’ l-Arti u l-Wirja. Hu qal li mi-twaqqif tagħha aktar minn 150 sena ilu, il-Malta Society of Arts, Manufactures and Commerce tat kontribut qawwi biex tinxtered l-arti f’pajjiżna u biex jitgħallmu diversi snajja’. |
| “F’Malta l-kultura, l-arti u s-snajja | għandhom għeruq qawwija għaliex dejjem sabu għaqdiet u nies interessati li jinkoraġġuhom b’kull mezz. Dejjem instab min jippromovihom bl-iskop li pajjiżna jibqa’ jżomm l-identita’ tiegħu li kkontribwiet biex sirna nazzjon Sovran u indipendenti”, qal il-Ministru Zammit Dimech li rringrazzja lis-Soċjeta’ għall-ħidma tagħha favur l-arti, l-manifattura u l-kummerċ. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949