PREZZIJIET TAŻ-ŻJUT MIBJUGĦA MILL-POMPI
| Fuq direttiva tal-Gvern, il-Korporazzjoni Enemalta, f’Novembru 2005 | irrevediet il-proċeduri ta’ reviżjoni tal-prezzijiet tal-prodotti taż-żjut mibjugħa mill-pompi. Din ir-reviżjoni fissret li minflok kull tlett xhur, il-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut jiġu riveduti kull xahar u jinħadmu fuq il-prezz li l-Enemalta tkun ħallset għall-kunsinna tal-prodotti meta dawn jiġu importati minn barra l-pajjiż. |
| Minn | għada, l-1 ta’ Diċembru 2005, il-Korporazzjoni Enemalta qed tirrevedi l-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti skond il-prezz li attwalment ħallset lill-fornituri internazzjonali tagħha għal dawn il-prodotti. |
| Il-prezz tal-fornituri hu maħdum fuq il-bażi ta’ prezzijiet li jiċċaqalqu | ma’ l-indikaturi internazzjonali tas-suq taż-żejt. Dan iċ-ċaqlieq imbagħad hu effettwat ukoll miċ-ċaqlieq tar-rati tal-kambju bejn il-muniti li bihom isir in-negozju. |
| Prezzijiet tal-bejgħ | bl-imnut |
| Fuq il-bażi ta’ kunsinni li saru lill-Enemalta f’Novembru 2005, | il-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti qed jinbidlu kif ġej: |
Prezz Preżenti | Prezz mill- | Differenza | |
Petrol bla Ċomb | 47ċ4 | 47ċ2 | -0ċ2 |
Lead Replacement Petrol | 50ċ4 | 50ċ2 | -0ċ2 |
Diesel | 42ċ6 | 40ċ9 | - 1ċ7 |
Thin Fuel Oil 200 dg | Lm161.50 | Lm158.00 | -Lm3.50 |
Thin Fuel Oil 450 dg | Lm157.50 | Lm153.50 | -Lm4.00 |
Thin Fuel Oil 900 dg | Lm151.00 | Lm146.00 | - Lm5.00 |
| Fil-każ tal-prodotti tal-petrol, iċ-ċaqlieq | jinkludi t-tnaqqis fis-sisa fuq dan il-prodott (0ċ14) li huwa l-ewwel tnaqqis mis-sisa tranżitorja li ddaħħlet biex tpatti għall-introduzzjoni tranżitorja tal-fuel surcharge fuq l-elettriku. |
| Il-prezzijiet | tal-pitrolju u l-Light Heating Oil m’hux qed jinbidlu minħabba li matul Novembru 2005 ma saret ebda kunsinna ta’ dawn il-prodotti. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949