Left arrow Mur Lura

IL-GENERAL WORKERS UNION MA TAGĦTIX IL-KUNSENS TAGĦHA: JIBDA L-PROĊESS GĦAX-XOLJIMENT TAS-SEA MALTA

pr1756
Date Icon 01/12/2005

Il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni rċieva l-bieraħ mingħand is-Sur Ernest Sullivan, rappreżentant f’Malta ta’ Atlantica Spa di Navigazione l-ittra mehmuża (pr1756.pdf)

L-ittra tinformalill-Gvern li minħabba li l-General Workers’ Union ma tatx lil Atlantica tweġiba pożittiva dwar il-kundizzjonijiet tal-baħrin fiż-żmien stipulat, Atlantica ma kelliex triq oħra ħlief dik li tirtira l-offerta li għamlet, li tixtri l-ishma tal-Gvern fis-Sea Malta .
Fuq din il-bażi,il-Gvern ma kellux għażla oħra ħlief li jaġixxi kif diġà stqarr pubblikament li jaġixxi jekk tinqala’ din iċ-ċirkostanza. Hu minħabba f’hekk li fuq direzzjoni tal-Gvern, il-Bord tad-Diretturi tas-Sea Malta sejjaħ Laqgħa Ġenerali Straordinarja tal-Kumpanija għat-12 ta’ Diċembru 2005 biex tiddiskuti din ir-Riżoluzzjoni:
“It is resolved thatthe Company be dissolved and be voluntarily wound up.”
Il-Gvern qiegħedjimplimenta l-pjanijiet ta’ riserva li kellu għal din iċ-ċirkostanza li ħaseb għaliha, minkejja li ma xtaqx li tiġri. Hu għalhekk li fil-ġranet li ġejjin ser isiru l-preparamenti kollha neċessarji biex il-klienti tas-Sea Malta jiġu nfurmati dwar il-miżuri li se jkunu qed jittieħdu biex is-servizzi bil-baħar li tuża l-industrija Maltija ma jkunux milquta.
Il-Ministeru jagħmilhaċara li l-frekwenzi u l-prezzijiet miftiehma ma’ l-industrija Maltija kif rappreżentati mill-Federazzjoni ta’ l-Industriji, mill-Kamra tal-Kummerċ u mill-Kamra ta’ l-Intrapriżi Żgħar u Medji, ser jiġu onorati b’mod sħiħ.
Il-Gvern esprimasodisfazzjon illi wara diskussjonijiet li saru ma’ Atlantica, il-kumpanija Grimaldi xorta waħda ddeċidiet li tagħmel investiment qawwi f’Malta, liema investiment ser jitħabbar fis-siegħat li ġejjin mill-kumpanija stess.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow