It-turiżmu mal-kultura taħt saqaf wieħed
pr1748
30/11/2005
| Il-Ministru | għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech inawgura l-“Carpe Diem” fil-Westin Dragonara Resort, kumpless li jispeċjalizza fl-imbejjed, delicatessen, aċċessorji ta’ l-inbid, china u ħġieġ, pashminas, ġojjellerija u xogħlijiet ta’ l-arti b’wirja li tinbidel ta’ spiss. |
| F’dan il-kumpless hemm | ukoll varjeta’ ta’ xogħlijiet ta’ artisti Maltin bħal Celia Borg Cardona, Anna Galea, Richard Saliba, Marisa Attard u Kenneth Zammit Tabona. |
| Il-Ministru Zammit Dimech | qal li dan il-kumpless kien ħolqa f’katina ta’ lokalitajiet li fihom kemm il-Maltin kif ukoll it-turisti kienu jsibu dak kollu ta’ kwalita’ li jkunu jridu. Hu qal li kien ukoll kumpless li jgħaqqad it-turiżmu mal-kultura taħt saqaf wieħed biex joffrihom it-tnejn. |
| “Bħalissa qed nagħmlu | ħilitna biex intejjbu ‘prodott Malta’. F’din il-ħidma sehem kulħadd hu importanti, sew jekk hu l-Gvern, kif ukoll jekk ikun sehem is-settur privat u l-poplu. Is-settur privat qed jinvesti bil-qawwi f’lukandi u stabbilimenti ta’ l-ikel. Iżda qed jinvesti ukoll f’kull tip ta’ kumplessi ta’ ħwienet li fihom it-turist isib dak kollu li jrid. Carpe Diem hu wieħed minn dawn il-kumplessi”, temm jgħid il-Ministru Zammit Dimech, li awgura lill-promoturi kull suċċess f’din l-avventura kummerċjali ġdida tagħhom. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949