Stqarrija tal-Prim Ministru dwar il-Laqgħa tal-Kapijiet ta’ l-Istati Membri tal-Commonwealth li saret f’Malta bejn il-25 u s-27 ta’ Novembru 2005
pr1746
30/11/2005
| Mr | Speaker, |
| Fil-ġranet | li għaddew, il-poplu Malti u Għawdxi laqa’ rappreżentanti għolja tat-53 stat membru tal-Commonwealth li ġew f’pajjiżna biex jagħmlu l-laqgħa li ssir kull sentejn. Il-Kapijiet tal-Gvern li ġew f’pajjiżna minn ħames kontinenti jirrappreżentaw popolazzjoni ta’ 1.8 biljun ruħ. |
| Bla | dubju ta’ xejn, dan l-avveniment importanti kien l-akbar wieħed li qatt ġie organizzat f’pajjiżna, kemm għal dak li għandu x’jaqsam man-numru ta’ Prim Ministri u Presidenti li żaru lil pajjiżna, kif ukoll għall-mijiet ta’ delegati, uffiċjali u membri ta’ l-istampa internazzjonali li attendew għal din il-laqgħa. |
| Infakkar | li l-laqgħa tal-Kapijiet tal-Gvern, kienet preċeduta b’numru ta’ laqgħat oħra li ġabru flimkien liż-żgħażagħ tal-Commonwealth f’dak li hu magħruf bħala l-Young People’s Forum, lil-membri tas-soċjetà ċivili f’dak li hu magħruf bħala l-People’s Forum, u lill-komunità kummerċjali internazzjonali li ltaqgħet f’dak li hu magħruf bħala l-Commonwealth Business Forum. |
| Fit-tliet | fora, saru diskussjonijiet importanti u rilevanti għall-isfidi ta’ żminijietna, u l-konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet li saru, inġiebu għall-attenzjoni tal-Kapijiet tal-Gvern waqt il-laqgħa taċ-CHOGM biex dawn jittieħdu in konsiderazzjoni waqt id-diskussjonijiet li seħħew. |
| Il-laqgħa | taċ-CHOGM infisha tat riżultati pożittivi ħafna. Intlaħaq qbil fuq tliet stqarrijiet ta’ importanza sostanzjali. L-ewwel waħda tittratta l-qasam tal-kummerċ u tindirizza ħafna mill-isfidi li pajjiżi żviluppati u dawk anqas żviluppati qegħdin jiffaċċjaw illum. Id-dikjarazzjoni hi rilevanti anke fid-dawl ta’ dak li seħħ fis-summit tan-Nazzjonijiet Uniti f’Settembru li għadda dwar it-tema tal-Millennium Development Goals, il-laqgħa tal-G8 u t-tema tal-faqar fid-dinja, kif ukoll u b’mod speċjali l-laqgħat li ser iseħħu f’Diċembru bi preparazzjoni għal-laqgħat tal-Organizazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) u dak li hu magħruf bħala d-Doha Round. |
| It-tieni | dikjarazzjoni li saret tittratta t-tema li Malta stess ipproponiet, jiġifieri l-metodu dwar kif il-pajjiżi tal-Commonwealth jistgħu jikkoperaw u jaħdmu iżjed flimkien għall-iżvilupp reċiproku tagħhom, partikolarment bl-użu tat-teknoloġija ta’ l-informazzjoni u komunikazzjoni. |
| It-tielet | dikjarazzjoni tittratta l-isfidi li pajjiżi żgħar, speċjalment dawk l-aktar vulnerabbli jiffaċċjaw illum fil-kuntest tal-globalizzazzjoni. |
| Fl-aħħar | tal-laqgħa inħareġ komunikat komprensiv li jittratta numru kbir ta’ temi oħra importanti li ġew trattati mill-Kapijiet tal-Gvern, fosthom il-kwistjoni dwar l-immigrazzjoni irregolari, t-terroriżmu u l-klima. |
| Ma | hemmx dubju li l-kontenut politiku tal-laqgħa li saret f’Malta, kien wieħed sostanzjali u jikkonferma r-rilevanza tal-Commonwealth fid-dinja ta’ llum meta hu aktar u aktar bżonnjuż li pajjiżi kbar u żgħar, żviluppati u mhumiex, iridu jaħdmu flimkien għall-ġid tagħhom u tas-soċjetajiet tagħhom. |
| Huwa | għalhekk b’sens qawwi ta’ sodisfazzjon li rrid nirraporta lil din il-Kamra li din il-laqgħa saret f’Malta b’suċċess li ġie rikonoxxut minn kull min attenda. |
| Din | il-Kamra żgur li tapprezza wkoll l-isforz kbir li sar minn kulħadd biex dan l-avveniment ikun okkażjoni li fiha nesponu lil pajjiżna għall-attenzjoni tal-komunità internazzjonali u nuru mhux biss l-istorja u l-kultura rikka tagħna, imma nuru wkoll il-ħila tal-poplu tagħna biex jilqa’ lil mistednin b’mod dinjituż, serju, professjonali, imma wkoll b’espressjoni mill-aqwa ta’ merħba sinċiera. |
| Irrid | ngħid li l-kummenti li rċevejna mingħand kulħadd juru biċ-ċar li lħaqna l-iskop tagħna. F’dan is-sens irrid nesprimi hawnhekk is-sentiment li l-poplu tagħna ħass bl-aktar mod ġenwin – sentiment li jagħmilna kburin b’dak li hu tagħna, bl-identità u l-kultura tagħna iżda wkoll b’dak li aħna kapaċi nagħmlu meta naħdmu flimkien għal skop komuni. |
| Ma | rridux ninsew ukoll li dan kollu seħħ waqt li kellna żjara f’pajjiżna tal-Majestà Tagħha r-Reġina Eliżabetta II, liema żjara wkoll uriet li l-poplu Malti baqa’ jgħożż ir-rabta speċjali li għandha r-Reġina ma’ pajjiżna. |
| Biex | dan kollu seta’ isir, kien hemm il-ħidma ta’ mijiet ta’ nies li ħadu ħsieb l-aspetti kollha nvoluti fl-organizzazzjoni ta’ avveniment bħal dan. Għalhekk, f’isem il-Gvern u f’isem il-Kamra kollha, rrid nirringrazzja l-ewwel u qabel kollox lil poplu tagħna li mhux biss ikkopera, imma ħa sehem attiv kull fejn u kull meta kien hemm bżonn. |
| Apprezzament | speċjali jmur għall-membri tat-Task Force immexxija mis-Sur Salv Stellini li rnexxielha taqdi l-funzjoni tagħha b’mod impekkabbli anke b’riżorsi limitati u b’budget ristrett. Il-membri kollha ta’ din it-Task Force wettqu dmirhom b’dedikazzjoni u attenzjoni lejn id-dettal u jistħoqqilhom l-ogħla tifħir. |
| Irrid nirringrazzja wkoll | lill-Forzi ta’ l-Ordni Maltin kollha, lill-Kumissarju tal-Pulizija, lill-Brigadier tal-Forzi Armati u lill-Kap tad-Dipartiment għall-Protezzjoni Ċivili, flimkien ma’ l-uffiċjali kollha tagħhom. Hu ovvju li l-aspett ta’ sigurtà kien wieħed eċċezzjonalment diffiċli, iżda l-awtoritajiet tagħna rnexxielhom anke hawn jieħdu ħsieb li kollox imur sew u li jkun hemm il-protezzjoni rikjesta mingħajr ma tinħonoq il-libertà ta’ dak li jkun biex jesplora lil pajjiżna u jsir jaf lill-poplu tagħna mill-viċin. |
| Grazzi | wkoll lil dawk kollha li kienu nvoluti fil-parti kulturali tal-programm, kemm dawk li kellhom sehem fil-programm tal-ftuħ li sar fiċ-Ċentru tal-Konferenzi f’Dar il-Mediterran, kif ukoll lil dawk li ħadu ħsieb il-programmi għall-membri tal-media u għan-nisa jew irgiel tal-Kapijiet tal-Gvern li kienu preżenti f’Malta. |
| Fl-aħħarnett, | nixtieq ninforma lill-Kamra li jiena tlabt biex immedjatament jibda l-proċess ħalli jingħalqu l-kontijiet kollha relatati ma’ dan l-avveniment u biex malli dan isir, jitpoġġa kollox fuq il-Mejda tal-Kamra għas-sodisfazzjon ta’ kulħadd. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949