Ristrutturar tal-produzzjoni u tal-kwalita’ tat-tadam ta’ l-ipproċessar
pr1745
30/11/2005
| Malta | nnegozjat National reference quantity ta’ 27,000 tunellata. Dan sar sabiex il-volum ta’ tadam li Malta tkun tista’ tipproduċi jkun eleġġibbli għal għajnuna mill-Unjoni Ewropea. Tajjeb li jingħad li meta Malta kienet qed tinnegozja dan il-pakkett, il-Kelliem ta’ l-Oppożizzjoni għall-Biedja u Sajd, l-Onor. Noel Farrugia u l-partit ta’ l-Oppożizzjoni, ma tawx il-veduti tagħhom fl-interess nazzjonali. |
| Mill-2001 | sal-lum, il-produzzjoni tat-tadam għall-ipproċessar kellha medja ta’ 8,852 tunellata. Dan dejjem jirrifletti d-domanda tas-suq. Dan iġib fix-xejn ukoll l-argument ta’ l-Oppożizzjoni li xi darba konna nipproduċu medja ta’ 15,000 tunellata ta’ tadam għal ipproċessar, kif ġie allegat fl-istqarrija tal-Kelliem ta’ l-Oppożizzjoni. |
| Il-Ministeru | nvesta biex waqqaf struttura ħalli ttejjeb il-produzzjoni u l-kwalita’ tat-tadam għall-ipproċessar billi ġab esperti minn Bari fl-Italja, biex flimkien ma’ uffiċjali tal-Ministeru, ħadmu fuq programm ta’ esperimenti għat-tadam għall-ipproċessar. L-investiment ġie jiswa ‘l fuq minn 40,000 euro u l-programm huwa dinamiku u għadu attiv biex il-prodott tal-bdiewa jkun kompetittiv. |
| Il-bdiewa | għal darb’oħra wrew li mhux veru li resqin lejn id-daqqa tal-mewt, kif qed jallega il-Kelliem ta’ l-Oppożizzjoni fl-istqarrija tiegħu. Dan billi huma stess iffurmaw żewġ għaqdiet tal-produtturi tad-tadam, biex ikunu jistgħu jingħaqdu ħalli flimkien itejbu l-kwalita’ tal-prodott tagħhom. Dawn l-għaqdiet bejniethom għandhom 80 bidwi li bbenefikaw minn għajnuna finanzjarja ta’ l-SMPPMA, għajnuna ta’ madwar Lm600,000. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949