Sħubija bejn kulħadd biex inħarsu wirt artna
| Il-Ministru għat-Turiżmu u | Kultura Francis Zammit Dimech qal li l-messaġġ importanti li għandu kulħadd jifhem hu li l-kultura mhux biss tagħtina l-identita’ tagħna bħala poplu, iżda hi ukoll l-akbar riżorsa tagħna. Hu qal li Malta m’hemmx għalfejn noħolqu xi immaġini li m’għandnix. Hu qal li jagħmel hekk min m’għandux storja u wirt kulturali ta’ 7,000 sena. |
| Il-Ministru Zammit Dimech li kien qed | iniedi il-‘Heritage Malta Membership and Volunteer Scheme’, qal li għal Heritage Malta, din is-sena kienet sena ta’ ħidma kbira. Hu qal li tlesta il-proġett għar-restawr u riabilitazzjoni tad-Domus Romana. Tlestew ukoll diversi proġetti oħra bil-għan li l-wirt kulturali ta’ pajjiżna ikun preżentat u interpretat aħjar. Matul l-2006 hu ppjanat li jitwettqu dawn il-proġetti: |
| o Tlestija | tax-xogħlijiet fil-Mużew Nazzjonali ta’ l-Arti; |
| o Jitkompla | l-proġett tal-Ġgantija li din is-sena qed jerġgħu jiġu ivvutati għalih Lm100,000; |
| o Jibda | jitwettaq il-proġett għall-bini ta’ Ċentru għall-Viżitaturi fis-sit tat-tempji ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra, proġett li jinvolvi investimenmt ta’ Lm1.5 miljun u li hu ko-finanzjat mill-Fondi ta’ l-UE. Dan jinkludi protezzjoni għall-istess tempji, sistemi ta’ sigurta’ u interventi ta’ konservazzjoni; |
| o It-tkomplija | tal-proġett tat-tempji ta’ Ħal Tarxien li qed jitwettaq b’kollaborazzjoni u fondi mill-Bank of Valletta Ltd; |
| o Pjani | ma’ Wirtna biex jinfetħu aktar ħwienet (retail outlets) fil-Palazz ta’ l-Inkwiżitur; unit temporanju f’Ħaġar Qim u l-Imnajdra u siti oħra li dwarhom ikun hemm ftehim; |
| o Tnedija | tal-Vilhena Cafẻ Project fil-Mużew Nazzjonali ta’ l-Istorja Naturali; |
| o Xogħol | preparatorju għat-tnedija ta’ public private partnership għall-konservazzjoni tal-Fortizza ta’ Delimara u l-introduzzjoni ta’ faċilitajiet; |
| o Finalizzar | ta’ ftehim mal-Kunsill Lokali Munxar, Għawdex għat-tħaddim flimkien tal-Mitħna tad-Dqiq fix-Xlendi; |
| o Konklużżjoni | u implimentrazzjoni tal-ftehim dwar l-Abbatija tad-Dejr ma’ Din l-Art Ħelwa. |
| Il-Ministru Zammit Dimech | qal li l-ħarsien tal-wirt storiku u kulturali li għandu pajjiżna jinvolvi investiment qawwi. Hu qal li fil-budget ta’ din is-sena hemm ivvutata somma rekord ta’ Lm2.3 miljun għal Heritage Malta, li tinkludi fondi mill-Unjoni Ewropea. Barra minnhekk Heritage Malta daħħlet Lm1,159,000 mid-dħul tal-mużewijiet u ta’ siti arkeoloġiċi u storiċi u hekk eċċediet il-mira ta’ miljun lira Maltija, li kienet għamlet hi stess. Heritage Malta għandha wkoll l-appoġġ finanzjarju ta’ banek u għaqdiet volontarji. |
| Il-Ministru Zammit Dimech | qal iżda li l-finanzjament għall-ħarsien, ir-restawr u r-riabilitazzjoni ta’ siti storiċi qatt mhu biżżejjed u li kien għalhekk li Heritage Malta kienet minn żmien għal żmien tniedi skemi biex tkabbar id-dħul tagħha u fl-istess waqt parti akbar tal-poplu issir konxja minn dan il-wirt li hu tagħna lkoll. |
| Il-Ministru Zammit Dimech | qal li Heritage Malta kienet illum qed tniedi skema ġdida maqsuma fi tnejn: |
· Is-sħubija ndividwali li kienet għall-adulti, anzjani u żgħażagħ ta’ bejn it-12 u s-17 il-sena. Is-sħubija kienet ta’ Lm12 fis-sena għall-ewwel kategorija u ta’ Lm8 fis-sena għat-tieni u t-tielet kategoriji. Il-familji setgħu wkoll jixtru family card li kienet valida għalżewġ adulti u żewġt itfal. Il-cards kienu validi għal sena u min ikollu card jibbenefika wkoll minn offerti oħra li jinkludu 10 fil-mija skont fuq xiri minn ħwienet ‘Wirtna’, 50 fil-mija skont fuq dħul fl-Ipoġew u abbonament fin-newsletter ta’ Heritage Malta.
· L-iskema tal-Volontieri, hi waħda fejn Heritage Malta qed tfittex individwi li għandhom ħin x’jikkontribwixxu biex jagħtu b’xejn is-servizzi tagħhom fil-mużewijiet u siti oħra mmaniġġjati minn Heritage Malta. Dawn l-individwi se jingħataw taħriġ u dawk il-membri li jagħtu s-servizzi tagħhom għal perijodu ta’ xahrejn ikunu eliġibbli għal tessera ta’ sħubija.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li Heritage Malta kienet qed tagħmel ħilitha kollha biex ikun hemm sħubija sħiħa bejnha, għaqdiet finanzjarji, għaqdiet volontarji u l-poplu kollu, għaliex b’hekk mhux biss jinstabu l-fondi biex inħarsu dak kollu li ħallewlna ta’ qabilna iżda bħala poplu insiru aktar konxji minn dak kollu li jgħaqqadna flimkien u jagħmilna Maltin.
Other Press Releases:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949