Servizz ta’ Lingwa tas-Sinjali fl-Iskejjel
pr1741
30/11/2005
| Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, | Żgħażagħ u Xogħol, Dr Louis Galea illum ħabbar li sar ftehim bejn l-istess Ministeru u l-Għaqda Persuna Neqsin Mis-Smigħ (Malta) dwar servizzi ta’ interpreti tal-lingwa tas-sinjali fl-iskejjel Maltin għal dawk l-istudenti neqsin mis-smigħ u li jitgħallmu b’dan il-metodu. |
| F’dan il-ftehim ġie deċiż li l-Ministeru | jixtri s-servizzi ta’ dawn il-professjonisti biex ikunu jistgħu jagħtu servizz ta’ interpretu fil-klassi ma’ l-istudenti. Dan is-servizz qed jingħata lil dawk l-istudenti li jikkommunikaw bil-lingwa tas-sinjali Maltija. |
| Il-Ministru Galea spjega kif fuq medda ta’ | sentejn hu ħatar diversi gruppi ta’ ħidma biex janalizzaw diversi aspetti ta’ l-edukazzjoni u joħorġu bir-rakkomandazzjonijet biex intejbu l-kwalità ta’ l-edukazzjoni f’pajjiżna. Wieħed minn dawn il-gruppi kien immexxi mis-sur Lino Spiteri u ffokka fuq l-edukazzjoni inklussiva u speċjali. |
| Fost ħafna osservazzjonijiet u | rakkommandazzjonijiet li għamel il-grupp hemm emfasizat il-fatt li fl-iskejjel, tfal b’diżabilta mhux biss servizz ta’ ‘facilitator’ ikollhom bżonn, imma jista’ jkun hemm servizzi oħrajn li jkunu ta’ aktar benefiċċju. Wieħed mis-servizzi msemmija kien propju dak ta’ l-interpretu tal-lingwa tas-sinjali. Numru ta’ tfal neqsin mis-smigħ kienu qed isibu diffikulta’ fl-iskejjel regolari peress li huma jikkomunikaw bis-sinjali filwaqt li l-għalliem bil-lingwa mitkellma. B’dan is-servizz l-interpretu se jinterpreta l-lingwa mitkellma fil-klassi b’sinjali li l-istudent nieqes mis-smigħ jista’ jifhem u vici versa. |
| Il-Ministru Galea spjega kif fil-passat | kellna studenti li spiċċaw l-iskola obbligatorja u xtaqu jkomplu l-istudji tagħhom, imma ma setgħux għax dan is-servizz ma kienx offrut fil-livell post-sekondarju. “Huwa ta’ sodisfazzjon li minn din is-sena skolastika fl-MCAST għandna 6 studenti neqsin mis-smigħ li qed isegwu diversi korsijiet bl-għajnuna tas-servizz ta’ l-interpretu” qal il-Ministru Galea. “L-iskop tal-Gvern huwa ċar. F’kull azzjoni li qed nieħdu, kull proġett li qed nimplimentaw, u kull pjan li qed inwettqu, l-iskop ewlieni u ċentrali dejjem hu t-titjib tal-kwalità ta’ l-edukazzjoni biex uliedna jirnexxu lkoll” sostna Dr. Galea. Rappreżentanti ta’ l-għaqda u rappreżentanti tal-Ministeru qed jikkordinaw u jassiguraw li l-obbligi tal-ftehim jiġu mwettqa. Xogħol ieħor qed isir biex jiġu identifikati aħjar x’inhuma l-bżonnjiet tal-klijent, jiġifieri l-istudent, ħalli s-servizz ikun imfassal skond dawn il-ħtiġijiet. |
| Il-Ministru Galea qal li dan huwa pass | ieħor importanti fit-twettiq tal-politika tal-Gvern li dejjem trid ittejjeb l-aċċessibilità għall-edukazzjoni ta’ kwalità għal kulħadd. Barra minn hekk qed jittieħdu passi biex aktar facilitators u għalliema jiġu mħarrġa f’diversi oqsma ta’ bżonnijiet speċjali biex aktar studenti jiksbu d-dritt tagħhom għal żvilupp sħiħ tal-potenzjal tagħhom. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949