Left arrow Mur Lura

Il-Prim Ministru Olandiz b’tifhir ghal Malta u l-istorja taghha

pr1740
Date Icon 30/11/2005
Malta hi pajjiż dinamikuli jista’ jagħti kontribut validu u  importanti lill-Unjoni Ewropea. Dan qalu l-Prim Ministru Olandiz, Jan Peter Balkenende fi żjara li għamel fl-ambaxxata Maltija f’The Hague aktar kmieni dan ix-xahar u li matulha saret il-preżentazzjoni tal-ktieb: “Malta, from The Hague in the 18th Century – Two Dutch Travel Journals”.
Il-Prim Ministru Olandiżqal li kien qed jieħu gost ikun imdawwar b’nies Maltin f’pajjiżu stess. Hu stqarr li kien iħobb ħafna lil Malta u jħobb iżur pajjiżna kemm fuq xogħol u anke għall-vaganzi mal-mara u t-tifla tiegħu li tħobb ħafna Popeye Village.  Aktar kmieni din is-sena hu kien f’Malta biex fetaħ l-Ambaxxata Olandiża.
Il-Prim MinistruBalkenende qal li kienu japprezzaw ħafna l-klima sabieħa ta’ Malta kif ukoll l-istorja u l-kultura tagħha.  It-Tempji Preistoriċi u l-bini massiv huma impressjonanti ħafna u l-istess jista’ jingħad għall-knejjes sbieħ, il-monasteri u l-fortifikazzjonijiet.
Il-Kavallieri ta’ Maltakellhom ħila kbira fil-bini tal-fortifikazzjonijiet u l-kastelli, imma bnew ukoll ġawhra bħalma hu t-Teatru Manoel u l-Sacra Infermeria, fejn il-morda kienu kkurati sew.
Johan Meerman, vjaġġaturOlandiż kien għamel ħin twil fil-Kattidral tul il-Ġimgħa Mqaddsa u kien affaxxinat biċ-ċerimonji reliġjużi, għalkemm bħala Protestant ma approvax dak kollu li ra.  Iżda dak iż-żmien, it-tolleranza reliġjuża fl-Ewropa ma kinitx kif inhi l-lum.
L-istorja ta’ Malta hijasinjura ħafna.  Il-Feniċi, ir-Rumani, l-Għarab; kollha ħallew il-marka tagħhom fil-gzira – anke fuq il-lingwa.
Il-Prim Ministru Olandiżirrefera għal dak li kiteb Meerman li qal li għoġbitu l-belt Valletta għax fiha wieħed “isib l-Ewropa kollha fuq skala żgħira”.  Mhux biss minħabba n-negozju imma anke għax il-Kavallieri kienu ġejjin minn tant pajjiżi differenti.
L-istorja ta’ Malta himarbuta mill-qrib ma’ dik ta’ l-Ewropa u kif qal l-istoriku Norman Davies, iċ-ċiviltajiet differenti li rat Malta huma bħal “gwida fil-qosor ta’ l-Istorja Ewropea”.
Il-vjaġġaturi Olandizitas-seklu tmintax ukoll kienu affaxxinati b’Malta.  Willem Hendrik van Nieuwerkerke, żamm djarju taz-zjara li kien għamel f’Malta u Għawdex fl-1778 u l-istess għamel Johan Meerman fl-1792.  Dawn it-tnejn ipinġu tajjeb Malta ta’ dak iż-żmien u jiddeskrivu l-poplu tagħha bħala poplu ħawtiel u ta’ suċċess.
F’dawk iż-żminijiet, il-Kavallierikienu għadhom importanti ħafna fil-ħajja ta’ kuljum fuq il-gżira.  Żgur li kien impressjonanti ħafna tara l-Gran Mastru fuq it-tron tal-Kattidral imdawwar bil-Kavallieri jew taraħ fiċ-ċerimonja tal-ħasil tar-riġlejn tal-foqra.
Il-Prim Ministru Olandizirrefera wkoll għal dak li kiteb Meerman li l-poplu Malti kien kuntent bil-Kavallieri. Il-Maltin kienu jħossuhom liberi u żguri.  In-negozju kien ġieb il-ġid u t-toroq kienu ndaf għax il-pulizija ma kienux iħallu lil min iħammeġ.
Il-lum Malta kibret usaret repubblika żgħira izda b’saħħitha u moderna.  Is-sistema soċjali hi importanti ħafna għall-Maltin.  Is-sistema tas-saħħa f’Malta hi fost l-aqwa fid-dinja skond l-Organizazzjoni Dinjija tas-Saħħa.
Balkelende qal li kien ta’pajċir għalih jilqa lil Malta fl-Unjoni Ewropea s-sena li għaddiet.  Pajjiż dinamiku bħal Malta jista’ jagħti kontribut importanti u validu lill-Unjoni.
Il-Prim Ministru sostnali ma kienx qed jgħid dan biss bħala Prim Ministru Olandiż, imma anke bħala bniedem li jħobb iżur Malta.  “Ma ngħejja qatt inżur Malta għal diversi raġunijiet u mhux l-anqas minħabba r-rabtiet mill-qrib u ta’ ħbiberija li għandi kemm mal-President Eddie Fenech Adami kif ukoll mal-Prim Ministru Gonzi”, żied jgħid Balkelende.
Hu temm jgħid li din il-pubblikazzjoniġdida hi kontribut importanti fl-istudju ta’ l-istorja ta’ Malta.  Il-ktieb taż-żewġ vjaġġaturi Olandiżi jagħti ħajja lil Malta tas-Seklu 18 minn perspettiva Protestanta.  Il-‘watercolours’ li hemm fil-ktieb huma verament sbieħ u din il-pubblikazzjoni  għandha tappella għal ħafna nies li huma interessati f’Malta u l-istorja tagħha.
Il-ktieb “Malta from theHague” kellu bhala editur generali tieghu lis-Sur Adrian Strickland, l-Ambaxxatur ta’ Malta f’The Hague.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow