Il-Prim Ministru Olandiz b’tifhir ghal Malta u l-istorja taghha
pr1740
30/11/2005
| Malta hi pajjiż dinamiku | li jista’ jagħti kontribut validu u importanti lill-Unjoni Ewropea. Dan qalu l-Prim Ministru Olandiz, Jan Peter Balkenende fi żjara li għamel fl-ambaxxata Maltija f’The Hague aktar kmieni dan ix-xahar u li matulha saret il-preżentazzjoni tal-ktieb: “Malta, from The Hague in the 18th Century – Two Dutch Travel Journals”. |
| Il-Prim Ministru Olandiż | qal li kien qed jieħu gost ikun imdawwar b’nies Maltin f’pajjiżu stess. Hu stqarr li kien iħobb ħafna lil Malta u jħobb iżur pajjiżna kemm fuq xogħol u anke għall-vaganzi mal-mara u t-tifla tiegħu li tħobb ħafna Popeye Village. Aktar kmieni din is-sena hu kien f’Malta biex fetaħ l-Ambaxxata Olandiża. |
| Il-Prim Ministru | Balkenende qal li kienu japprezzaw ħafna l-klima sabieħa ta’ Malta kif ukoll l-istorja u l-kultura tagħha. It-Tempji Preistoriċi u l-bini massiv huma impressjonanti ħafna u l-istess jista’ jingħad għall-knejjes sbieħ, il-monasteri u l-fortifikazzjonijiet. |
| Il-Kavallieri ta’ Malta | kellhom ħila kbira fil-bini tal-fortifikazzjonijiet u l-kastelli, imma bnew ukoll ġawhra bħalma hu t-Teatru Manoel u l-Sacra Infermeria, fejn il-morda kienu kkurati sew. |
| Johan Meerman, vjaġġatur | Olandiż kien għamel ħin twil fil-Kattidral tul il-Ġimgħa Mqaddsa u kien affaxxinat biċ-ċerimonji reliġjużi, għalkemm bħala Protestant ma approvax dak kollu li ra. Iżda dak iż-żmien, it-tolleranza reliġjuża fl-Ewropa ma kinitx kif inhi l-lum. |
| L-istorja ta’ Malta hija | sinjura ħafna. Il-Feniċi, ir-Rumani, l-Għarab; kollha ħallew il-marka tagħhom fil-gzira – anke fuq il-lingwa. |
| Il-Prim Ministru Olandiż | irrefera għal dak li kiteb Meerman li qal li għoġbitu l-belt Valletta għax fiha wieħed “isib l-Ewropa kollha fuq skala żgħira”. Mhux biss minħabba n-negozju imma anke għax il-Kavallieri kienu ġejjin minn tant pajjiżi differenti. |
| L-istorja ta’ Malta hi | marbuta mill-qrib ma’ dik ta’ l-Ewropa u kif qal l-istoriku Norman Davies, iċ-ċiviltajiet differenti li rat Malta huma bħal “gwida fil-qosor ta’ l-Istorja Ewropea”. |
| Il-vjaġġaturi Olandizi | tas-seklu tmintax ukoll kienu affaxxinati b’Malta. Willem Hendrik van Nieuwerkerke, żamm djarju taz-zjara li kien għamel f’Malta u Għawdex fl-1778 u l-istess għamel Johan Meerman fl-1792. Dawn it-tnejn ipinġu tajjeb Malta ta’ dak iż-żmien u jiddeskrivu l-poplu tagħha bħala poplu ħawtiel u ta’ suċċess. |
| F’dawk iż-żminijiet, il-Kavallieri | kienu għadhom importanti ħafna fil-ħajja ta’ kuljum fuq il-gżira. Żgur li kien impressjonanti ħafna tara l-Gran Mastru fuq it-tron tal-Kattidral imdawwar bil-Kavallieri jew taraħ fiċ-ċerimonja tal-ħasil tar-riġlejn tal-foqra. |
| Il-Prim Ministru Olandiz | irrefera wkoll għal dak li kiteb Meerman li l-poplu Malti kien kuntent bil-Kavallieri. Il-Maltin kienu jħossuhom liberi u żguri. In-negozju kien ġieb il-ġid u t-toroq kienu ndaf għax il-pulizija ma kienux iħallu lil min iħammeġ. |
| Il-lum Malta kibret u | saret repubblika żgħira izda b’saħħitha u moderna. Is-sistema soċjali hi importanti ħafna għall-Maltin. Is-sistema tas-saħħa f’Malta hi fost l-aqwa fid-dinja skond l-Organizazzjoni Dinjija tas-Saħħa. |
| Balkelende qal li kien ta’ | pajċir għalih jilqa lil Malta fl-Unjoni Ewropea s-sena li għaddiet. Pajjiż dinamiku bħal Malta jista’ jagħti kontribut importanti u validu lill-Unjoni. |
| Il-Prim Ministru sostna | li ma kienx qed jgħid dan biss bħala Prim Ministru Olandiż, imma anke bħala bniedem li jħobb iżur Malta. “Ma ngħejja qatt inżur Malta għal diversi raġunijiet u mhux l-anqas minħabba r-rabtiet mill-qrib u ta’ ħbiberija li għandi kemm mal-President Eddie Fenech Adami kif ukoll mal-Prim Ministru Gonzi”, żied jgħid Balkelende. |
| Hu temm jgħid li din il-pubblikazzjoni | ġdida hi kontribut importanti fl-istudju ta’ l-istorja ta’ Malta. Il-ktieb taż-żewġ vjaġġaturi Olandiżi jagħti ħajja lil Malta tas-Seklu 18 minn perspettiva Protestanta. Il-‘watercolours’ li hemm fil-ktieb huma verament sbieħ u din il-pubblikazzjoni għandha tappella għal ħafna nies li huma interessati f’Malta u l-istorja tagħha. |
| Il-ktieb “Malta from the | Hague” kellu bhala editur generali tieghu lis-Sur Adrian Strickland, l-Ambaxxatur ta’ Malta f’The Hague. |
Other Press Releases:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949