Lejn tisħiħ fil-qasam tat-tagħlim ta’ l-Arti
pr1738
29/11/2005
| L-impressjoni li t-tagħlim ta’ l-arti huwa ħela ta’ żmien fil-ħajja ta’ | l-istudent qegħda tinbidel anki fost min jimpjega għaliex qed jiġi rrealizzat li l-arti tagħmel il-bniedem sħiħ u tkabbarlu l-potenzjal innovattiv u kreattiv tiegħu. |
| Dan qalu l-Ministru ta’ | l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, Louis Galea meta dalgħodu kien qiegħed jindirizza Simpożju dwar it-tagħlim ta’ l-Arti organizzat mill-Fakultá ta’ l-Arti ta’ l-Universitá ta’ Malta. L-iskop tas-Simpożju kien li jeżamina x’qed isir fil-qasam tat-tagħlim ta’ l-arti mil-livell primarju sa l-Universitá bl-iskop li jissaħħaħ it-tagħlim f’dan il-qasam. |
| Il-Ministru Galea qal li hu jaqbel li l-enfasi fuq | l-izvilupp tal-kreattivitá fit-tfal tagħna għandu jibda sa mill-bidu tal-proċess edukattiv tagħhom. Huwa qal li sfortunatament qed jiġri li l-klassijiet ta’ l-arti fl-iskejjel tagħna għadhom iħallu lill-istudenti wisq passivi mingħajr ma jagħtuhom l-opportunitá li jkunu tassew ħielsa fil-ħsieb u anki kritiċi. |
| Dr Galea kompla jgħid li | għaldaqstant hemm bżonn sforz kollettiv biex l-istudenti tagħna jissawru b’mod li jkunu kapaċi jistaqsu mistoqsijiet, janalizzaw, iħarsu lejn għażliet, soluzzjonijiet u anki materjali ġodda. B’dan il-mod biss, kompla jgħid il-Ministru Galea, nistgħu bħala pajjiż nassiguraw li r-riżorsi umani tagħna, jiżviluppaw tassew u jkunu kapaċi jwieġbu għall-isfidi ta` żmienna. |
| Il-Ministru Galea kompla | jgħid li minkejja li Malta għandha konċentrament qawwi ta’ wirt storiku ta’ kull tip, ħafna drabi jridu jkunu l-barranin biex iġibuna konxji tagħhom. Huwa kompla li jeżisti wkoll patrimonju ta’ ħiliet kbar ta’ Maltin, anki fil-ġenerazzjoni li tiela’, li għadna ma rnexxilniex niskopruhom u niżviluppawhom. |
| Louis Galea wera t-tama | li minn dan is-simpożju joħorġu rakkomandazzjonijiet li l-Gvern jista’ jikkonsidra fil-proċess ta’ evalwazzjoni tal-qasam edukattiv li għaddej bħalissa. Huwa temm jgħid li jeħtieġ riforma anki f’dan il-qasam jekk irridu li nġibu l-ekonomija aktar rilevanti għal dak li qed iseħħ madwarna llum. |
| Il-kelliema fis-Simpożju | kienu jinkludu d-Dekan tal-Fakultá ta’ l-Edukazzjoni - Dr Carmel Borg, l-Uffiċċjal Edukattiv ta’ l-Arti - Sina Farrugia, il-ko-ordinatur tat-tagħlim ta’ l-arti fil-Fakulta’ ta’ l-Edukazzjoni fl-Universitá - Raphael Vella, il-Kuratur tal-Mużew Nazzjonali ta’ l-Arti - Theresa Vella, kif ukoll lecturers u għalliema ta’ dan is-suġġett. |
| Fl-iskejjel governattivi | bħalissa hemm 54 għalliem li jgħallmu fid-diversi skejjel f’Malta u Għawdex. Hemm ukoll 21 għalliem ieħor fit-tagħlim tal-crafts. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949