FTUĦ TA’ ĦWIENET MATUL IL-JIEM TAL-FESTI TAL-MILIED U L-EWWEL TAS-SENA
pr1736
29/11/2005
| Is-Segretarjat | Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed javza li għaż-żmien tal-Milied, bejn l-1 ta’ Diċembru, 2005 u s-7 ta’ Jannar, 2006; il-ħwienet jistgħu jibqgħu miftuħa kuljum, inkluż ħdud u festi pubbliċi, sa l-10.00 p.m. |
| Is-Segretarjat | Parlamentari ifakkar ukoll li sakemm jibda dan il-perjodu, il-ħwienet xorta waħda jistgħu jagħżlu ġurnata fil-ġimgħa li fiha jibqgħu miftuħa sa l-10 ta’ filgħaxija. |
| Fil-fatt, bl-istess emendi li kienu saru | fil-liġi li tirregola l-ħinijiet tal-ftuħ u l-għeluq tal-ħwienet, li bihom kien ġie mtawwal il-ħin li fih jistgħu jiftħu n-negozji għal żmien il-festi tal-Milied, kienet ukoll ingħatat l-opportunita’ li kull negozju jiftaħ għal late night shopping f’ġurnata waħda, magħżula minn fost il-Ħamis, il-Ġimgħa u s-Sibt. |
| Permezz ta’ avviż mogħti lit-Trade | Licensing Unit, kull negozju jista’ jagħżel ġurnata fil-ġimgħa li fiha jibqa’ miftuħ sa l-10.00 p.m. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949