Left arrow Go Back

Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern jirringrazzja lill-Forzi ta’ l-Ordni

pr1734
Date Icon 28/11/2005
F’ittra libagħat lill-Kummissarju tal-Pulizija, il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Dr. Tonio Borg, irringrazzja lill-membri kollha tal-Korp tal-Pulizija għall-ħidma li wettqu tul il-gimgħa li fiha saret il-Laqgħa tal-Kapijiet tal-Gvern tal-Commonwealth, ic-CHOGM.
Fl-ittra tiegħu,il-Vici Prim Ministru feraħ lill-membri tal-Korp tal-Pulizija għall-impenn li wrew matul il-gimgħa li għaddiet. “Is-suċċess tal-Pulizija” kompla l-Viċi Prim Ministru “kien dovut għad-dedikazzjoni li wrejtu f’cirkostanzi diffiċli speċjalment minħabba l-profil għoli tal-parti l-kbira tal-kapijiet li attendew.”
Huwa kompla jgħid lil-preżenza tal-Pulziija fil-postijiet fejn kienu għaddejjin l-attivitajiet servew ta’ serħan il-moħħ għal kulħadd, ħaġa li faħħruha d-delegati stess.  Il-Vici Prim Ministru Tonio Borg faħħar ukoll l-arranġamenti tat-traffiku li kien organizzat tajjeb ħafna u ħoloq l-inqas inkonvenjent possibbli għall-pubbliku.
Il-ħidma u d–dedikazzjonital-Pulizija xejnu d-dubji li xi wħud urew li kellhom, dwar kemm il-Forzi ta’ l-Ordni setgħu ilaħħqu ma’ avveniment tad-daqs tac-CHOGM, li laqqgħet 53 kap ta’ stat. Il-Pulizija taw risposta permezz tal-ħidma tagħhom.
Il-Viċi Prim Ministrugħalaq billi wera r-rikonoxximent tal-Gvern u wera ruħu sodisfatt li l-investiment fil-Korp tal-Pulizija qed jagħti l-frott.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow