Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-PRIM MINISTRU, L-ONOREVOLI LAWRENCE GONZI WAQT IS-SUMMIT TA’ BARĊELLONA – SPANJA - 28 TA’ NOVEMBRU 2005

pr1730
Date Icon 28/11/2005

Sur President, 

Nixtieq l-ewwelnettnirringrazzja lill-Majestà Tiegħu, ir-Re Juan Carlos u l-Gvern ta’ Spanja, għall-merħba, l-ospitalità u l-organizzazzjoni ta’ din il-Laqgħa Għolja, l-ewwel waħda fl-isfond tal-Proċess EwroMediterranju.  Fl-istess waqt nesprimi wkoll l-apprezzament tad-delegazzjoni Maltija għall-ħidma siewja tal-Presidenza tar-Renju Unit li wasslitna għal dan is-Summit storiku.
Il-preżenza tagħna hawnhekkhija sinjal qawwi u ċar ta’ l-impenn tal-pajjiżi tagħna li nilħqu l-objettivi tad-Dikjarazzjoni ta’ Barċellona, li l-għan prinċipali tagħha huwa li noħolqu sħubija bejnietna.
Aħna tal-fehma li d-Dikjarazzjonita’ Barċellona kienet u għadha l-pedament ta’ dan il-proċess. Dan il-proċess ġie msaħħaħ bil-Politika Ewropea Favur il-Ġirien ta’ l-Unjoni Ewropea, maħsuba sabiex tagħmel tajjeb għall-bidliet li seħħew f’dan ir-reġjun mill-1995 ‘l hawn, bħalma huma l-faqar li dejjem jiżdied, il- kriminalità organizzata li twassal għat-traffikar ta’ kull xorta, ħasil ta’ flus, terroriżmu, kif ukoll l-immigrazzjoni irregolari.    L-Unjoni Ewropea tagħti prijorità privileġġjata lill-pajjizi u lill-popli l-aktar viċini u li magħhom qasmet storja millenarja.
Ma nistghux nħarsu ‘lquddiem jekk ma nagħrfux li huwa fl-interess ta’ kulħadd li nrażżnu t-traffikar li jwassal għall-immigrazzjoni irregolari. L-isforzi kollha li fil-limiti tagħna naghmlu sabiex nittrattaw lil dawn in-nies b’mod ġust u uman ma jwasslux għall-soluzzjoni ta’ din il-problema, apparti li numru kbir minnhom jispiċċaw jitilfu ħajjithom kemm fil-baħar kif ukoll fid-deżert.  Għalina dan it-traffikar m’hu xejn anqas minn reat internazzjonali.
Wieħed ma jistax ma japprezzaxl-interess u l-assistenza teknika li l-Unjoni Ewropea qegħda toffri bil-għan li nxejnu dan il-fenomenu.  Madanakollu, kif qbilna fil-Konferenza tal-Ministri tal-Punent tal-Mediterran, li saret taħt il-Presidenza Maltija f’Ġunju li għadda, jeħtieġ li nindirizzaw b’mod sħiħ il-problemi kollha marbuta ma’ din il-migrazzjoni sfurzata.  U dan irridu nagħmluh flimkien mal-pajjiżi kollha involuti, jiġifieri il- pajjiżi minn fejn jitilqu dawn l-immigranti, dawk li jservu ta’ transitu, kif ukoll dawk il-pajjizi li huma d-destinazzjoni aħħarija.

Sur President,  

Fil-fehma tagħna, matul dawnl-aħħar snin, il-proċess ta’ Barċellona immatura. Għalhekk nemmnu li wasal iż-żmien li nittrasformaw l-objettivi maqbula fid-dikjarazzjoni oriġinali ta’ għaxar snin ilu fi proġetti siewja li jwassluna sabiex nilħqu l-għanijiet li qbilna dwarhom, matul il-ħames snin li ġejjin.
Il-qagħda ta’ Malta fiċ-ċentrutal-Mediterran iġġiegħelni nosserva li hemm bżonn li nħarsu b’mod aktar ffukat lejn il-baħar nnifsu.   Huwa veru li l-Programm ta’ Hidma jinkludi l-bżonn li nikkumbattu t-tniġġis ta’ dan il-baħar – prinċipju li wara kollox huwa diġà s-suġġett ta’ konvenzjoni oħra marbuta mal-belt ta’ Barċellona.  Iżda dan mhux biżżejjed. Aħna nħossu l-ħtieġa, anzi l-urġenza, li l-wirt komuni li dan il-baħar joffrilna jiġi mħares b’mod istituzzjonali.
Għaldaqstant Malta qedtipproponi li jiġi mwaqqaf “network” ta’ ċentri kompetenti f’kull pajjiż bil-għan li niffaċilitaw l-immaneġġjar b’mod integrat tar-riżorsi li jeżistu f’dan il-baħar.  Dan ghandu jkopri numru ta’ oqsma li b’mod ġenerali nistgħu niġbruhom taħt tliet kapitli: is-sajd, it-tbahhir, u l-ħarsien ta’ l-ambjent marittimu u tal-kosta b’mod sostenibbli.  Għalkemm mhux il-ħsieb tiegħi li nidħol fid-dettal hawnhekk, irrid ngħid li Malta lesta tfassal dan il-proġett flimkien mal-pajjiżi sħabna u li bħalna jagħrfu dan il-bżonn.
Nagħlaq billi nistqarr lininsab konvint li b’impenn reċiproku, b’fiduċja u b’rispett għandna naslu sabiex negħlbu l-isfidi li għandna quddiemna.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow