Malta eletta fil-Kunsill ta’ L-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali
pr1726
25/11/2005
| Għar-raba’ | darba konsekuttiva u għall-ħames darba, Malta reġgħet ġiet eletta fil-kunsill ta’ l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO). L-elezzjoni saret illum fil-kwartieri ġenerali ta’ din l-organizzazzjoni f’Londra, matul l-24 sezzjoni ta’ l-Assemblea Generali ta’ l-istess Organizzazzjoni. Il-Kunsill ta’ l-IMO huwa l-organu eżekuttiv li għandu l-kompitu li jissorvelja l-operat kollu ta’ l-organizzazzjoni. |
| Dan | ir-rizultat huwa prestiġġjuż ħafna għal pajjiżna għaliex jikkonferma li Malta - li għandha wiehed mill-għaxar l-akbar reġistri tal-vapuri merkantili fid-dinja - tgawdi r-rispett tal-komunita’ internazzjonali f’dan is-settur. |
| Filwaqt | li wera s-sodisfazzjon tiegħu għal dan ir-rizultat, il-Ministru għall-Kompetittivita’ u l-Komunikazzjoni, l-Onor. Censu Galea, li aktar kmieni din il-ġimgħa ndirizza din il-laqgħa ta’ l-IMO f’Londra, feraħ lill-uffiċjali Maltin kemm mill-Ministeru tiegħu, kif ukoll mill-Awtorita’ Marittima ta’ Malta , u mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin għall-ħidma li wettqu li wasslet għal dan is-suċċess. |
| Il-Ministru | awgura li Malta tkompli tieħu sehem attiv f’dan il-kunsill fi żmien meta din l-Organizzazzjoni għaddejja b’ħidma biex f’dan il-qasam ta’ trasport bil-baħar, li diga’ huwa responsabbli għall-ġarr ta’ 90% tal-merkanzija mondjali waqt li l-inqas wieħed li jħalli impatt ambjentali negattiv, tkompli tikber is-sigurta’ u l-effiċjenza. |
| Il-Ministru | kkonkluda billi ġedded l-impenn tal-Gvern sabiex l-Awtoria’ Marittima ta’ Malta tkompli ssaħħaħ l-operat tagħha fis-settur merkantili sabiex tkompli tikber l-istima li tgawdi Malta fil-qasam Marittimu. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949