Left arrow Go Back

DISKORS MILL-MAESTA’ TAGĦHA R-REĠINA ELIZABETTA II  WAQT  ĊENA STATALI  MOGHTIJA F’GIEĦA U F’ĠIEĦ L-ALTEZZA RJALI TIEGHU D-DUKA TA’ EDINBURGH, FL-OKKAZJONI TAŻ-ŻJARA STATALI – IL-PALAZZ, IL-BELT VALLETTA – 23 TA’ NOVEMBRU 2005

pr1718
Date Icon 23/11/2005
SurPresident, Sinjuri,
Nirringrazzjakomghall-merhba li tajtuni. Inhoss li nkun qed nesprimi l-fehma tal-Princep Filippu u tieghi meta nghidilkom kemm ahna kuntenti li ergajna gejna Malta . It-tnejn li ahna ghad ghandna wisq ghal qalbna l-pajjiz taghkom kif ukoll il-poplu Malti li huwa tant dhuli u generuz u li minn dejjem laqaghna b’idejh miftuha.
Kienxieraq li ahna ghal darba ohra nergghu nigu Malta meta qed niccelebraw is-Sena tal-Bahar u s-sittin anniversarju mit-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija.  Ir-rabtiet marittimi taghna kienu qawwija ghal bosta snin. Kien permezz tal-bahar li l-Inglizi gew Malta meta zewg sekli ilu gew mistiedna mill-Maltin, u l-esperjenza taz-zewg Gwerer Mondjali ziedet tkattar u tapprofondixxi s-shubija dejjiema taghna. Ilkoll kemm ahna ghandna dejn kbir ta’ gratitudni u rispett lejn is-sehem li l-pajjiz taghkom ta ghad-difiza tal-liberta’. Inrodd qima lill-eroizmu, lill-perseveranza u lill-ispirtu invincibbli  tal-poplu ta’ Malta , George Cross, li halliet marka li ma tithassar qatt fl-istorja tad-dinja.
SurPresident,
Ghandnakomuni  bejnietna mhux biss hafna storja izda l-mentalitˆ tal-popli insulari. It-tenacja u l-indipendenza ta’ l-ispirtu tal-poplu ta’ Malta u Ghawdex huma eccezzjonali. Ghandkom ghax tkunu kburin b’hafna affarijiet: process Parlamentari demokratikament b’sahhtu, kura medika eccellenti, protezzjoni socjali qawwija, sistema edukattiva soda fil-livelli kollha minn dak primarju ghal dak terzjarju, minn dak akkademiku ghal dak vokazzjonali – dan kollu fin-naha l-izjed ’l isfel tan-nofsinhar  ta’ l-Ewropa filwaqt li ghandkom l-ghaqal li harsitkom tixhtuha kemm lejn in-nofsinhar kif ukoll lejn it-tramuntana. Il-wirt kulturali tant rikk fil-gebla jissimbolizza xi haga aktar fundamentali: is-sens kbir ta’ attakkament mal-lokal, l-appartenenza, l-unjoni ta’ dan il-poplu insulari, li ahna li gejjin minn grupp iehor ta’ gzejjer napprezzaw. Bl-istess mod ahna napprezzaw is-solidarjeta’ soccjali li tezisti bejnietkom, kif ukoll it-tolleranza u l-volonta’ pronta li tghinu lil dawk aktar fil-bzonn. Il-kwantita’ u d-dedikazzjoni bla heda tal-volontarjat  huma wisq impressjonanti: in-nies taghti liberalment miz-zmien u mill-energija taghha biex ittejjeb il-qaghda ta’ ohrajn anqas ixxurtjati.
SurPresident,
Nahsebli f’dan is-seklu l-gdid, ahna lkoll flimkien qed niffaccjaw sfida u ghandna opportunita’.  L-isfida hija li naghmlu r-relazzjoni  bejn iz-zewg stati sovrani taghna aktar dinamika, eqreb u aktar relevanti ghall-generazzjonijiet li gejjin: biex insahhu dik li nemmen li hi l-affinitˆ naturali tal-poplu Malti u l-poplu Ingliz.  L-opportunitˆ hija li dan naghmluh billi nuzaw b’mod immaginattiv is-sensiela shiha ta’ rabtiet li jezistu fil-familja, fil-hbiberija, fil-lingwa u fl-edukazzjoni, fil-professjonijiet, fil-kummerc u fl-attivitajiet tal-hin liberu.
Ghalhafna snin esprimejna dawn ir-rabtiet intimi permezz tal-Commonwealth u huwa pjacir kbir tieghi li nista’ nattendi l-Laqgha tal-Kapijiet tal-Gvernijiet tal-Commonwealth hawnhekk f’Malta matul il-ftit jiem li gejjin. Issa mis-sena l-ohra ’l hawn ghandna strument iehor ghad-dispozizzjoni taghna: is-shubija taghna fl-Unjoni Ewropea. Malta qed iggib maghha fuq il-mejda ta’ l-UE, kif ilha ggib fil-laqghat tal-Commonwealth, il-hila taghha fl-innegozjar biex tirrikoncilja opinjonijiet divergenti, in-nisga liema bhalha ta’ hbiberiji li ghandha, l-aktar lejn in-nahiet tan-Nofsinhar u l-Lvant tal-Mediterran u lil hinn minnhom, kif ukoll il-vuci matura taghha mimlija sens u moderazzjoni.
SurPresident,
Huwafl-interess taghna bilateralment, fil-Commonwealth kif ukoll fl-Unjoni Ewropea li jehtieg li nahdmu id f’id biex nibnu fuq ir-rabtiet unici ta’ l-istorja u tas-sagrificcji li ghaddejna minnhom flimkien, biex naffermaw mill-gdid il-valuri li t-tnejn nghozzu.
Issanitlobkom biex ilkoll tinghaqdu mieghi biex nixorbu:
Bis-sahhatal-President u l-hena, il-prosperita’, il-paci u l-helsien tal-poplu kollu ta’ Malta .
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow