DISKORS MILL-E.T. DR. EDWARD FENECH ADAMI, PRESIDENT TA’ MALTA, WAQT ĊENA STATALI MOGĦTIJA F’ĠIEĦ IL-MAESTA’ TAGĦHA R-REĠINA ELIZABETTA II U L-ALTEZZA RJALI TIEGĦU, D-DUKA TA’ EDINBURGH - IL-PALAZZ, IL-BELT VALLETTA – 23 TA’ NOVEMBRU 2005
pr1717
23/11/2005
| Maesta’, Altezza | Rjali, Prim Ministru, Mistednin Distinti, Sinjuri. |
| Skond | tradizzjoni antika l-ewwel vizitatur irjali f’Malta kien Ulisse, maghruf ukoll bhala Odissew, ir-Re ta’ Itaka. Skond Omeru, ghal dik l-okkazjoni Ulisse gie mistieden ghall-pranzu mill-unika persuna li setghet tippretendi li kienet tirrapprezenta l-post u din kien jisimha Kalipso. Izda kien hemm haga stramba fl-istorja ta’ Omeru. Ulisse u Kalipso kielu u xorbu minn fuq imwejjed differenti u l-menu’ kien differenti. L-ispjegazzjoni ta’ din li tidher haga stramba hija li persuna minnhom kienet umana u nahseb li l-ikel u x-xorb taghha kien, ftit jew wisq jixbah lil dak li se nieklu llum: il-persuna l-ohra kienet immortali jew, ahjar, ma kinitx suggetta ghal hsarat li jikkawza z-zmien, sewwa sew ghaliex l-ikel u x-xorb taghha kienu nektar u ambrosja. Dan l-ikel kien izomm lill-persuna li tiekol minnu fl-istess eta’ bhal meta kienet bdiet tiekol minnu. |
| Ftakart | f’dan l-episodju mill-bidu leggendarju ta’ l-istorja ta’ Malta minhabba fatt li mill-ewwel jidher relevanti u li jiena nqisu bhala tassew impressjonanti. Tista’ tghid li lkoll kemm ahna, poplu ta’ Malta , li tghallimna l-istorja ta’ Kalipso u Ulisse, ghandna suspett qawwi li meta l-Maesta’ Tieghek gejt izzur ghall-ewwel darba l-gzejjer taghna bhala mart logutenent zaghzugh stazzjonat f’pajjizna, aktarx li bil-mohbi tawk tiekol u tixrob in-nektar u l-ambrosja. X’raguni ohra jista’ jkun hemm, ahna nistaqsu lilna nfusna, li tista’ tispjega dan il-fenomenu: meta jkollna x-xorti rari bhal ma ghandna llum li naraw fizikament maghna lill-Maesta’ Tieghek, id-dehra tal-Maesta’ Tieghek f’ghajnejna, tkun precizament dejjem dik tax-xebba sabiha li kienet tghix fostna, go dar Maltija ftit jew wisq normali, u li kienet tghaddi hajja bi stil Malti ftit jew wisq normali izda li lkoll kemm ahna konna konvinti li kienet tassew principessa u li l-migjiet normali taghha fostna servew biss biex xeghlu fina sentiment li din kienet tassew principessa tal-hrejjef liebsa ta’ Maltija. |
| Maesta’, | dik kienet l-ewwel fazi importanti tal-konoxxenza u r-relazzjoni taghna mieghek. It-tieni fazi kienet meta, wara li l-Altezza Rjali Tieghu d-Duka ta’ Edinburgu pprezentalna l-Karta ta’ l-Indipendenza fl-elf, disa’ mija u erbgha u sittin, il-Maesta’ Tieghek saret ir-Regina ta’ Malta ghal ghadd ta’ snin b’relazzjoni kostituzzjonali mal-Gvern Malti simili ghal dik mal-Gvern Britanniku. F’dan il-perjodu gara incident li sewa wisq biex nissel l-impressjoni li, minkejja li ghadda z-zmien u nbidlu c-cirkostanzi, il-Maesta’ Tieghek baqghet bla ma tbiddlet, essenzjalment dik l-istess Principessa li kienet tghix fl-immaginazzjoni taghna dejjem liebsa la Maltija. Kien qam nuqqas ta’ qbil bejn il-Maltin u l-Gvernijiet Inglizi: u r-rapprezentant tal-Maesta’ Tieghek bhala Regina ta’ Malta , kien iddikjara ghan-nom tieghek, li huwa kien spalla ma’ spalla “four square” mal-Maltin. Dak l-atteggjament seddaq f’mohhna l-konvinzjoni li l-affezzjoni ta’ dan il-qamar il-ghasel, li kien l-ewwel inkontru ta’ bejnietna, qatt m’hi se tigi nieqsa. Il-karattru paradigmatiku taghha refaghha ’l fuq mill-istorja u ghanieha b’dimensjoni partikolari lil hinn miz-zmien. |
| Illum | qeghdin niccelebraw it-tielet fazi tar-relazzjoni taghna. Il-Maesta’ Tieghek hija effettivament is-simbolu ta’ l-ghaqda tal-Commonwealth fid-diversita’ maestuza tieghu u fl-isplendur tant imlewwen tal-multikulturalizmu tieghu. Daz-zmien hija z-zghozija eterna u l-kapacita’ li l-Commonwealth ghandu li jittrasforma ruhu bhal fenicju li jirxoxta mill-gdid li d-dehra u l-prezenza tal-Maesta Tieghek fostna tippersonifika. Ghad hemm hafna djar f’Malta, bhalma jiena zgur li hemm fil-partijiet kollha tal-Commonwealth, li fihom il-familji jghozzu kikkri, platti u rikordji ohra li permezz taghhom ikomplu jiftakru – permezz ta’ l-awra ta’ ispirazzjoni perenni li tiddi mill-Maesta Tieghek – fil-valuri tradizzjonali tal-Commonwealth. |
| Huwa | bl-istess spirtu ta’ kunfidenza familjari kif ukoll ta’ rispett profond li jiena nitlob lill-mistednin tieghi kollha biex jixorbu bis-sahha tar-Regina Elizabetta t-Tieni biex tibqa’ tgawdi ghomor twil. |
Other Press Releases:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949