KULLHADD, INKLUZ L-ISKOLA, JRID JERFA` SEHEMHU GHAD-DIXXIPLINA TA' L-ISTUDENTI
pr1712
23/11/2005
| "Fejn tidhol l-imgieba u d-dixxiplina tat-tfal kulhadd irid | jerfa` r-responsabbilita` tieghu. Kulhadd irid jaghraf x'inhu s-sehem tieghu u jwettqu. Il-genituri ma jistghux jabdikaw minn din ir-responsabbilitĂ u jhallu f'idejn il-Gvern biex isolvilhom il-problema. Dan jghodd ukoll ghall-iskejjel taghna. Ir-responsabbilitĂ ghal dixxiplina effettiva hija f'idejn il-Kap u t-team ta' ghalliema fl-iskola. Ir-rwol tal-Ministeru u tad-Divizjoni hu li jfasslu politika cara, jipprovdu rizorsi u appoggi addattati skond il-bzonnijiet ta' l-iskola, u jsegwu t-twettiq ta' din il-politika." Dan sostnieh il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Zghazagh u Mpjiegi, l-Onor. Louis Galea meta tkellem fil-ftuh ta' Konferenza ta' l-Unjon ta' l-Ghalliema, (MUT), li qed tiffoka fuq l-imgieba ta' l-istudenti. |
| Il-Ministru Galea qal li d-dixxiplina u l-imgieba tajba issibhom | dejjem fuq l-agenda tal-Ministeru u d-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni. Huwa fakkar li fl-2002, ippubblika l-politika dwar l-imgieba tajba fl-iskejjel b'linji ta' gwida cari. L-iskejjel kienu mhegga li flimkien ma' l-ghalliema, l-genituri u l-istudenti stess, joholqu kodici ta' dixxiplina li fuqu jaqbel kulhadd. B'hekk kulhadd ikun jaf x'inhuma d-drittijiet u d-dmirijiet; u x'inhu u x'mhux accettabbli. |
| "Nafu li fl-iskejjel fejn giet zviluppata u mhaddma politika ta' | mgieba tajba u dixxiplina, fejn qed jigi zviluppat ambjent san, fejn hemm sistema ta' incentivi ghall-promozzjoni ta' imgieba tajba, fejn hemm tmexxija tajba u relazzjonijiet tajba ma' kulhadd u kulhadd jinghata spazju ghall-shubija akbar, ghandna l-anqas problemi ta' imgieba. Wiehed ghalhekk irid jistaqsi: ghaliex minn certi skejjel, rari tisma' b'kaz ta' mgieba difficli; u fi skejjel ohrajn, ta' l-istess tip, hemm kuntatt spiss mac-centru dwar kazijiet ta' imgieba inaccettabbli?" |
| Louis Galea qal li jkun zball jekk kull min ghandu xi responsabbilita` | joqghod jippunta subghajh u wiehed iwahhal fl-iehor. "Il-kazijiet ta' imgieba hazina ghandhom warajhom kumpless ta' sitwazzjonijiet u fatturi. Jekk se nirragunaw li l-iskejjel ma jistghu jaghmlu xejn meta jkollhom studenti b'imgieba inaccettabli u nemmnu li s-soluzzjoni hi li d-Divizjoni jew il-Ministeru jridu jigu fl-iskola bil-bakketta magika biex isolvu s-sitwazzjoni, qeghdin nizbaljaw bil-kbir." |
| Il-Ministru Galea sostna li kull pajjiz, kull belt u kull rahal | ghandu fih persuni li ghandhom imgieba tajba u ohrajn li l-imgieba taghhom mhix accettabbli. Hu tenna li lkoll irridu nahdmu biex l-ewwel nett nindunaw, kemm jista' jkun kmieni, x'inhuma r-ragunijiet ghal din l-imgieba u noffru servizzi addattati biex l-istudent ikun jista jtejjeb l-imgieba tieghu, u fl-istess hin irridu naraw li l-imgieba tajba nippremjawha ghax hafna drabi dan mhux qed isir. |
| Il-Ministru irrefera wkoll ghall-kummenti li giet rapportata li | ghamlet l-MUT f'xi sezzjonijiet tal-medja rigward id-dixxiplina u inghatat l-impressjoni bhallikieku l-awtoritajiet edukattivi ma kienu qed jaghmlu xejn f'dan il-qasam; u li l-ghalliema ma kienux qed isibu l-appogg mehtieg. "Il-fatti juru li dan mhux veru u l-kummenti huma ghal kollox ingusti w inaccettabbli," sostna l-Ministru. |
| Infatti l-Ministeru u d-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni wettqu diversi | inizjattivi li jindirizzaw l-imgieba ta' l-istudenti b'mod konkret. Hu semma fost l-ohrajn il-politika dwar id-dixxiplina li regghet dahlet id-dritt ta' l-iskola li teskludi u tkecci studenti minhabba mgieba ripetuta inaccettabbli. |
| Il-Ministru waqqaf il-Bord Nazzjonali ghall-Imgieba fl-Iskejjel, | il-Gvern emenda l-ligi biex tihrax il-piena ghal min jaggredixxi xi ghalliem jew ufficjal pubbliku, kien hemm zieda fin-numru ta' professjonisti li joffru servizzi lill-istudenti li jkollhom imgieba difficli, kurrikulu aktar rilevanti u modern, u l-izvilupp ta' diversi policies u servizzi li jiffukaw fuq aspetti ohrajn li jistghu jikkawzaw imgieba hazina bhal abbuz tat-tfal, abbuz minn sustanzi perikoluzi, bullying, u l-inkluzjoni. |
| Ma' dawn il-Ministru zied li anke fid-dokumenti li qed jippublika | bhalissa, dwar r-riforma fl-edukazzjoni, hemm diversi ideat u inizjattivi li huma mmirati biex itejjbu l-imgieba ta' l-istudenti; fosthom: il-holqien tal-kulleggi b'aktar awtonomija ghall-iskejjel; il-holqien ta' Learning Zones fl-iskejjel u Learning Centres Nazzjonali, li jkunu mmirati biex jghinu lill-istudenti fid-diffikultajiet li qed jiffaccaw, bl-iskop li jergghu jigu ntegrati fl-iskejjel originali taghhom; id-diversi rakkomandazzjonijiet li johorgu mid-dokumenti dwar l-assentejizmu u l-inkluzjoni; u l-progett ambizzjuz tal-Gvern li jimmodernizza l-iskejjel kollha tieghu biex joffri l-ahjar ambjent u facilitajiet rikrejattivi ghall-istudenti li jattendu fihom tant li jkunu motivati, jhossuhom kburin mill-iskola taghhom u rispettati. |
| "Il-Ministeru u d-Divizjoni jafu li ghad fadlilna hafna | x'naghmlu f'dan il-qasam. Napprezzaw ukoll li mhux facli tassigura mgieba tajba mill-istudenti kollha. Konxji li jkollna kazijiet li jipprezentaw diffikultajiet serji. Izda jkun zball jekk flok tintrefa' r-responsabbilita` fejn suppost, naharbu mill-problema, u nitfghu r-responsabilita` fuq haddiehor. Hu zball ukoll li npingu sitwazzjoni negattiva tant li wiehed jibda jahseb li l-iskejjel taghna huma xi kamp tal-battalja, bl-istudenti jabbuzaw verbalment u jsawwtu lill-ghalliema il-hin kollhu. Fil-bicca l-kbira ta' l-iskejjel f'Malta u f'Ghawdex ghandna livell tajjeb hafna ta' dixxiplina." |
| Il-Ministru qal li d-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni ghandha kuntatt | kontinwu ma' l-iskejjel u konxja mir-realtĂ li hemm fl-iskejjel. Tajjeb li wiehed jara l-fatti. F'dawn l-ahhar sentejn gew rappurtati mill-iskejjel 23 kaz ta' imgieba inaccettabli minn studenti lejn l-ghalliema. Fil-kazijiet kollha l-iskola nghatat is-support biex tigi ndirizzata l-problema. Kien hemm kazijiet li tressqu lill-Bord Nazzjonali ghall-Imgieba fl-Iskejjel u t-tfal inghataw servizz alternattiv ta' edukazzjoni. S'issa dan il-Bord ra 67 kaz b'kollox u hemm 6 kazijiet ohra li qed jistennew li jkunu ndirizzati. Ta' min wiehed jghid ukoll li mhux veru li ghandna sitwazzjoni fejn l-ghalliema qed jitilqu mix-xoghol minhabba l-imgieba difficli tat-tfal. Il-fatti huma li s-sena skolastika li ghaddiet, irrizenjaw 14-il ghalliem u hadd minn dawn ma ta bhala raguni l-imgieba inaccettabli ta' l-istudenti," qal il-Ministru Louis Galea. |
| Il-Ministru Galea temm id-diskors tieghu billi qal li filwaqt li l-hidma | kontra l-imgieba inaccettabbli trid tkompli, tajjeb ngharfu l-izviluppi pozittivi li hemm fid-diversi oqsma ta' l-edukazzjoni. Hu qal li l-fatt li qed jghaddu aktar studenti ghall-Junior Lyceums u mill-ezamijiet tas-SEC u tal-MATSEC, u li aktar studenti qed ikomplu l-edukazzjoni taghhom f'livelli oghla huma kollha sinjali pozittivi li juru wkoll imgieba tajba mill-istudenti. Hu qal li jekk kulhadd jahdem ahjar flimkien, kulhadd jifhem ahjar x'inhi imgieba tajba u dik li mhix accettabbli, u kulhadd jerfa` r-responsabbilita` tieghu, ikun hemm aktar cans li l-imgieba ta' l-istudenti titjieb. |
| "Filwaqt li rridu li kulhadd jirnexxi ghax huwa dritt tieghu, ma | nistghux inhallu lil min ma jridx jaf itellef id-drittijiet ta' haddiehor - id-dritt ta' l-istudenti li jitghallmu, id-dritt ta' l-ghalliema li jaghtu l-gurnata xoghol taghhom u d-dritt tal-genituri li jkollhom mohhom mistrieh li t-tfal taghhom qieghdin f'ambjent li jheggeg it-taghlim," temm il-Ministru Galea. |
Other Press Releases:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949