Il-Ġimgħa Ewropea għaż-Żgħażagħ: 5-11 ta’ Diċembru 2005 Iż-Żgħażagħ Isemmgħu Leħinhom
pr1711
22/11/2005
| Iż-żgħażagħ huma l-forza mexxejja ta’ l-Ewropa u t-tieni | edizzjoni tal-Ġimgħa Ewropea għaż-Żgħażagħ, li ser issir mill-5 sal-11 ta’ Diċembru 2005, ser tagħtihom opportunità ġenwina sabiex jiffurmaw l-Ewropa u l-futur tagħhom. Esplora u ddiskuti, involvi ruħek u agħti l-kontribut tiegħek għall-Ewropa! Dawn huma l-messaġġi li l-Kummissarju Figel’ jixtieq li ż-żgħażagħ jieħdu mill-Ġimgħa Ewropea għaż-Żgħażagħ 2005. |
| Din | is-sena, il-Ġimgħa Ewropea għaż-Żgħażagħ 2005 (EYW) sejra tipprovdi pjattaforma qawwija għaż-żgħażagħ sabiex jiffurmaw il-mod kif l-Ewropa tiżviluppa u sabiex jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Pjan D tal-Kummissjoni fuq id-demokrazija, id-djalogu u d-dibattitu. |
| Matul | l-EYW, l-UE sejra tlaqqa’ 200 żagħżugħ u żagħżugħa mistiednin minn madwar l-Ewropa kollha f’konferenza ta’ tfassil tal-politika fl-Brussell bit-titlu "Iż-Żgħażagħ Isemmgħu Leħinhom". Tliet kwistjonijiet ewlenin sejrin ikunu fiċ-ċentru tad-dibattiti: it-tħeġġiġ biex iż-żgħażagħ jinvolvu ruħhom fil-proġett Ewropew, il-ġlieda kontra l-qgħad u l-esklużjoni soċjali u l-promozzjoni ta’ parteċipazzjoni attiva. |
| Apparti l-konferenza li ser issir fi Brussell, sejrin jiġu organizzati | bosta avvenimenti fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali madwar l-Ewropa kollha mill-Aġenziji Nazzjonali tal-Programm YOUTH. Jenfasizzaw ir-riżultati tal-programm YOUTH permezz ta’ kunċerti, kampanji, workshops u dibattiti. Kull pajjiż jikkontribwixxi għall-għan globali tal-EYW billi jipprovdi liż-żgħażagħ bl-opportunità li jipparteċipaw u li jsemmgħu l-vuċi tagħhom. |
| Bħala | parti mill-EYW, il-Youth Awards Ceremony (Iċ-Ċerimonja ta’ Premjazzjoni taż-Żgħażagħ) sejra tippremja l-aħjar eżempji ta’ proġetti mmexxija minn żgħażagħ u appoġġjati mill-Programm YOUTH ta’ l-UE. Dan il-programm jippermetti liż-żgħażagħ sabiex jinvolvu ruħhom f’attivitajiet għaż-żgħażagħ, bħal skambji, attivitajiet volontarji u inizjattivi taż-żgħażagħ madwar u ’l hinn mill-Unjoni. Il-proġetti ppremjati sejrin jirriflettu kif iż-żgħażagħ waslu bl-aħjar mod għall-ilħuq ta’ l-għanijiet tal-programm YOUTH: jiżviluppa l-ħiliet u l-abbiltajiet tagħhom, iħeġġiġhom jiskopru kulturi oħra, jgħinhom jibnu s-sens tagħhom ta’ l-Ewropa u ta’ li jħossuhom Ewropej u jinvolvi b’mod speċjali lil dawk li huma l-inqas involuti u l-aktar żvantaġġjati. Ir-rebbieħa – li sejrin jitħabbru fiċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Ġimgħa fil-5 ta’ Diċembru fil-kamra ta’ l-aħbarijiet tal-Kummissjoni – sejrin jintgħażlu minn ħames kategoriji differenti. |
Kulħadd jista’ jinvolvi ruħu fl-EYW 2005, u l-European Youth Portal (il-Portal Ewropew għaż-Żgħażagħ) (http://europa.eu.int/youth/index_en.html) huwa l-post fejn wieħed għandu jirrikorri għal aktar informazzjoni. Juri kif iż-żgħażagħ jistgħu jipparteċipaw u jagħmlu differenza, u jippermetti liż-żgħażagħ jiġu f’kuntatt ma’ xulxin u jaqsmu informazzjoni u ideat. Ghal aktar tgħarif fuq l-avvenimenti lokali, tistgħu iżżuru is-sit eletroniku ta’ l-Aġenzija Nazzjonali Maltija tal-Programm YOUTH www.youthmalta.org jew ċemplu fuq 2125 5663 jew ibgħatu posta eletronika fuq antonella.seguna@gov.mt
Stqarrijiet Oħra:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949