Għawdex ifakkar lil Giuseppe Cali’
pr1707
22/11/2005
| Fl-okkażjoni tal-75 anniversarju mill-mewt ta’ l-artist | rinomat Malti Giuseppe Cali’, il-Kumitat Organizzativ Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex qed jorganizza wirja ta’ xogħlijiet ta’ l-artist f’Għawdex. |
| Il-wirja, intitolata “Giuseppe Cali’, xogħlijiet | f’Għawdex” se tinżamm fil-knisja l-qadima t’Għajnsielem. Il-wirja hija mqassma fi tlett kategoriji ta’ xogħlijiet: |
| a) pitturi li jinsabu fuq l-altari tal-ġnub tal-knisja | li fiha se tinżamm il-wirja, li jinkludu l-kwadru tal-Lunzjata, kollha xogħlijiet ta’ Cali’; |
| b) kwadri oriġinali ta’ Cali’ li normalment jinżammu fi | knejjes diversi madwar Għawdex se jiġu trasportati u murija fl-istess waqt. Dawn il-kwadri jinkludu dak ta’ San Franġisk li jinsab fil-knisja tal-Kapuċċini tar-Rabat; |
| c) u taqsima li fiha jiġu murija ritratti mkabbra ta’ | xogħlijiet oħra ta’ l-istess artist, li minħabba n-natura tagħhom huma miżmuma permanentament fi knejjes u ma jistgħux jiġu mċaqilqa, bħalma hi l-arzella tal-Bażilika ta’ Marija Bambina tax-Xagħra, il-kwadru tas-Sagra Familja fil-Bażilika ta’ San Ġorġ u l-kwadri titulari tal-parroċċa ta’ San Lawrenz, u tal-Qalb ta’ Ġesu’ fil-Fontana. |
| Is-serata inawgurali, li se ssir nhar is-Sibt 26, se | tiġi ppreseduta mill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex. L-attivita’ se tinkludi kunċert ta’ l-arpa mill-arpista Anne Marie Camilleri Podesta’, u taħdita mill-artist u lecturer Mark Sagona dwar il-ħajja u x-xogħlijiet ta’ Giuseppe Cali’. |
| Il-wirja tkun miftuħa sat-8 ta’ Diċembru, bil-ħinijiet | tal-ftuħ ikunu dawk bejn id-9.00am u l-4.00pm matul il-ġimgħa, u mid-9.00am sa nofsinhar nhar ta’ Sibt u Ħadd. |
| Giuseppe Cali’, bin familja Naplitana, twieled fl-1846 | f’Malta u miet fl-1 ta’ Marzu 1930 fid-dar tiegħu fil-Belt Valletta. Huwa deskritt bħala wieħed fost l-ulied prolifiċi ta’ Malta. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949