Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TA’ L-EDUKAZZJONI, ZGĦAZAGĦ U XOGĦOL

pr1700
Date Icon 21/11/2005
B’riferenza għall-artikli u r-rapporti li dehru dwarżjara li għamel il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni lill-ħaddiema tal-fabbrika Lloyds Shoes, mhux minnu li l-Korporazzjoni ma kkuntattjatx lil Lloyds Shoes.
F’temp ta’ siegħat wara li l-Korporazzjoni semgħet liser tagħlaq din il-fabbrika, sar kuntatt mal-management ta’ Lloyds Shoes fejn il-Korporazzjoni offriet is-servizzi u l-iskemi tagħha.
Il-Korporazzjoni kienet infurmata li l-fabbrika sertagħlaq f’Marzu 2006, u għalhekk ġie miftiehem li l-intervent tal-Korporazzjoni jista’ jibda f’Jannar 2006.
L-impjegati ta’ Lloyds Shoes – u kwalunkwe ażjenda lijkollha collective redundancies - ser jiġu offruti l-istess servizz li qed jingħata lill-ħaddiema ta’ Denim, jiġifieri:
(a)waqt li jkunu bin-notice, isir profiling ta’ kull impjegat bl-iskop li l-Korporazzjoni tifhem aħjar il-ħiliet u x-xewqat tal-ħaddiema kollha u tkun tista’ tpoġġihom fuq it-tielet parti tar-reġistru li jfisser li l-]addiema ikunu infurmati b’opportunitajiet ta’ xogħol li jgħoddu għalihom;
(b)wara li jispiċċalhom in-notice, l-impjegati jkollhom servizz ta’ one stop shop fejn jkunu jistgħu jirreġistraw fuq l-ewwel parti tar-reġistru, kif ukoll japplikaw għall-benefiċċji soċjali, fi żjara waħda fl-uffiċċini tal-Korporazzjoni.
Min-naħa tagħha, l-Korporazzjoni dejjem lesta litidħol f’diskussjonijiet ma’ intrapriżi li jsibu ruhhom f’diffikultà, bl-iskop li jiġu spjegati id-diversi skemi u servizzi li tista’ toffri l-Korporazzjoni f’kull stadju tal-ħajja ta’ l-intrapriża.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow