Left arrow Mur Lura

10 snin ta’ l-Assoċjazzjoni Kunsilli Skolastiċi

pr1698
Date Icon 21/11/2005
‘L-iskola hija t-tieni dar tagħna, fiha nqattgħu ħafnaħin, għalhekk li aħna nixtiequ, li tagħha lkoll tkunu viċin’. Hekk jibda l-kliem tad-diska li l-Assoċjazzjoni Kunsilli ta’ l-Iskejjel nieda waqt iċ-ċelebrazzjoni ta’ l-għaxar anniversarju mit-twaqqif tagħha li saret nhar il-Ħadd 20 ta’ Novembru 2005 fil-Junior Lyceum Maria Regina fil-Blata-l-Bajda.
Fis-sena 1988 il-Liġi ta’ l-Edukazzjoni welldetil-Kunsilli ta’ l-iskejjel u fl-1993 ġew ippublikati l-linji gwida dwar ħidmet il-Kunsilli.  Kien fis-sena 1995 li ġiet imwaqfa l-Assoċjazzjoni Kunsilli ta’ l-Iskejjel b’iskop li l-ġenituri flimkien ma l-għalliema ikunu msieħba indaqs fl-edukazzjoni ta’ l-istudenti.  L-ewwel laqgħa ta’ l-AKS saret f’Novembru 1995.  Il-ħidma ta’ l-AKS kien dejjem immirat biex kemm jista jkun l-għalliema u l-ġenituri jaħdmu id f’id għall-ġid ta’ l-istudenti.  Il-kunċett hu li fejn ikun hemm ħidma bejn it-tnejn igawdi kulħadd u b’mod partikolari l-istudenti.  Fin-nuqqas uliedna jintlaqtu ħażin’.
Fis sena 2000 il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali b’modmill-aktar ċar irrikonoxxa l-importanza ta’ sehem il-ġenituri fis-suċċess edukattiv ta’ wliedna u talab lill-iskejjel biex jinkludu l-parteċipazzjoni u l-edukazzjoni tal-ġenituri fil-pjan ta’ żvilupp tagħhom.  ‘Is-suċċess tat-twettiq tal-Kurrikulu jiddependi fost ħwejjeġ oħra fuq kemm il-kapijiet ta’ l-iskejjel ikunu lesti jissieħbu mal-ġenituri sabiex, id f’id, jaħdmu sfieq u b’mod kreattiv għall-iżvilupp sħiħ tat-tfal u taż-żgħażagħ’.
Tul is-snin l-AKS kompliet tkattar il-ħidma tagħha,il-bibien tal-iskejjel bdew jinfethu dejjem aktar għall-ġenituri hekk kif l-iskejjel fehmu li sehem il-ġenituri mhix obbligazzjoni teknika maħruġa minn xi liġi iżda impenn nazzjonali favur l-ulied.  Eluf ta’ ġenituri kull sena jieħdu sehem f’programmi edukattivi dwar il-Kurrikulu u l-edukazzjoni, jivvutaw bi ħġarhom u jorganizzaw attivitajiet u fundraisers għall-iskejjel tagħhom.  Kull ma jmur leħen il-ġenituri qiegħed dejjem jissaħħaħ u fejn ikun hemm rieda tajba kemm mill-ġenituri kif ukoll mill-amministrazzjoni ta’ l-iskejjel wieħed mill-ewwel jinduna bl-iżviluppi pożittivi li jseħħu fl-iskejjel.
Fis sena 2001 il-Pjan Strateġiku għall-Implementazzjonital-Kurrikulu għaraf u emfasizza s-sehem ewlieni tal-Assoċjazzjoni Kunsilli ta’ l-Iskejjel fil-qasam tal-parteċipazzjoni tal-ġenituri.
L-aħħar elezzjoni li saret għall-kunsilli skolastiċisaret f’Jannar 2005 fejn l-AKS mill-ġdid kient involuta biex tħeġġeġ lill-ġenituri jitkellmu bil-vot tagħhom.  Sena wara sena il-parteċipazzjoni f’dawn l-elezzjonijiet qed tiżdied anke minħabba l-impenn ta’ l-istess AKS.
Illum mal-elfejn familja jiffurmaw parti minn dinl-Assocjazzjoni li tisħaq li bħala ġenituri għandhom id-dritt:

·        Li uliedhom jingħataw edukazzjoni ta’ kwalita’

·        Li l-politika edukattiva titfassal flimkien magħhom

·        Li sehemom ikun tassew importanti fl-iżvilupp edukattiv ta’ uliedhom

·        Li jkomplu jsebbħu l-ambjent fejn uliedhom jqattgħu parti importanti minn ħajjithom

·        Li jsaħħu r-riżorsi ta’ l-iskola tagħhom. 

F’dawn l-aħħar snin l-Assoċjazzjoni Kunsilli ta’l-Iskejjel organizzat diversi lagħqat u konferenzi għall-għalliema u għall-ġenituri.  Għaċ-ċelebrazzjonijiet ta’ għeluq l-għaxar snin ittellghet ġurnata ta’ attivitajiet u divertiment għall-familja kollha bit-tema ”NIĠBDU ĦABEL WIEĦED”.
Wara dawk preżenti żaru diversi stands imtellgħakemm minn skejjel kif ukoll minn diversi sponsors.  Preżentaturi mill-programmi ta’ Education 22 ukoll daru ma’ dawk preżenti u  tkellmu dwar programmi tagħhom waqt li saru diversi hands-on activities kemm minn dawn l-istess preżentaturi kif ukoll minn diversi għaqdiet bħal St. John, Sedqa u l-Hamrun Scouts.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow