Left arrow Mur Lura

L-ISKOLA PRIMARJA MARIJA BAMBINA TAL-MELLIEĦA F’ATTIVITÀ DWAR IR-RIĊIKLAĠĠ

pr1688
Date Icon 18/11/2005
Il-Ministrugħall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino illum żar l-iskola primarja Marija Bambina tal-Mellieħa waqt attività edukattiva dwar l-ambjent.
L-attivitajiet kienujinkludu inizjattivi li wieħed jista’ jieħu għall-immaniġġjar, it-tnaqqis u r-riċiklaġġ ta’ l-iskart u l-użu ta’ riżorsi naturali biex jitnaqqas il-konsum ta’ l-ilma u l-elettriku.
L-iskolaMarija Bambina hija waħda minn mitt skola li qed jieħdu sehem  fil-proġett ta’ l-iskart immexxi mill-WasteServ. Din is-sena il-WasteServ qed timmira li tinkludi 50 skola oħra f’dan il-proġett edukattiv.
Il-WasteServtipprovdi kontenituri apposta biex l-iskejjel ikunu jistgħu jisseparaw l-iskart filwat li toffri wkoll servizz ta’ ġbir regolari ta’ l-iskart minn dawn l-iskejjel. Barra minn hekk, il-WasteServ tenfasizza wkoll il-bżonn ta’ tagħlim fl-immaniġġjar ta’ l-iskart biex b’hekk ikun bidla fil-valuri u l-atitudni lejn l-ambjent.
Fis-senaskolastika li għaddiet il-WasteServ ġabret 11,000 kg ta’ karta mill-iskejjel biex dan jintbagħat għar-riċiklaġġ.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow