Left arrow Mur Lura

Qafas ta’ Kwalifiki Ewropej

pr1684
Date Icon 18/11/2005
“Fil-ġranet li ġejjin il-Gvern ser iwaqqaf il-KunsillMalti għall-Kwalifiki biex jorganizza qafas ta’ kwalifiki li jservi ta’ muftieħ għat-tagħlim tul il-ħajja, għal programmi ta’ tagħlim u ċertifikazzjoni nazzjonali skond ‘standards’ internazzjonali u għall-aċċess fid-dinja tax-xogħol.
Kien għalhekk li l-Gvern ippublika (fid-28 ta’ Ottubru2005) ir-Regolamenti ta’ l-2005 dwar il-Kunsill Malta għall-Kwalifiki (Avviż Legali 374).
L-iskop ewlieni tal-Kunsill huwa li jaħdemgħall-iżvilupp ta’ Qafas Nazzjonali tal-Kwalifiki u li jissorvelja t-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni li jwasslu għal kwalifiki fi ħdan il-Qafas Nazzjonali tal-Kwalifiki u li ma jkunx diġa qed jiġu provduti mill-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni obbligatorja jew korpi li jagħtu l-lawriji.”
Dan ħabbru Dr. Louis Galea, Ministru ta’ l-Edukazzjoni,meta dalgħodu ndirizza konferenza dwar il-Qafas ta’ Kwalifiki Ewropej(European Qualifications Framework - EQF) li ltaqgħet illum fid-Dolmen Resort Hotel.
Il-kelliem speċjali kien Gordon Clarke mid-DirettoratĠenerali responsabbli mill-edukazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.  Fil-Konferenza ħadu sehem il-kapijiet ta’ l-iskejjel sekondarji u uffiċċjali għolja u esperti ta’ l-Universita`, l-MCAST, l-ETC, il-Giovanni Curmi Higher Secondary School u Sixth Forms.
Preżenti wkoll kien hemm rappreżentanti tal-ġenituri utas-settur privat.  Il-Kummissijoni Ewropea fissret il-proposti ġodda tagħha f’Lulju li għadda fid-dokument: ‘Towards a European Qualifications Framework for lifelong Learning’.
Il-Ministru Galea fisser li m’hemmx dubju li l-proċessli nbeda minn Bologna fis-sena 2000 dwar l-Edukazzjoni Għolja, u tkompla fl-laqgħat oħra Ministerjali f’Copenhagen (2002), Berlin (2003), Maastricht (2004) u Bergen (2005) u li nkorpora l-edukazzjoni vokazzjonali, hu proċess li qed iwassal, għal konverġenzi bejn l-istituzzjonijiet Ewropej ta’ l-edukazzjoni.
Il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki jaħseb biex jiġifaċilitat l-aċċess u t-trasferiment fit-tagħlim.  “Dan huwa proċess mibni fuq relazzjonijiet interdipendenti, rispett reċiproku bejn is-sistemi ta’ edukazzjoni u messaġġ ċar li biex l-Ewropa ssir verament kompettitiva hemm bżonn ta’ qafas ċar ta’ kwalifiki mibni fuq tagħlim ta’ kwalità f’kull livell u f’kull settur. Iċ-ċittadini kollha tal-Unjoni għandhom bżonn sistema ta’ kwalifiki li jinqraw awtomatikament mingħajr il-burokrazija u l-ispejjes żejda li hemm fil-proċess ta’ rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki bejn l-istituzzjonijiet Ewropej.”
Dan il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-Tagħlim tulil-ħajja sejjer iservi biex dan il-Kunsill jkollu proposta ta’ gwida ċara ta’ kif għandhom jiġu mfassla l-kwalifiki vokazzjonali f’pajjiżna fl-isfond tal-kwalifiki l-oħra.
Il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni bħalissa għaddej minnproċess ta’ riformi kemm fl-edukazzjoni obbligatorja (For All Our Children to Succeed) kif ukoll f’dik ta’ edukazzjoni ogħla bil-pjan tat-twaqqif tal-Kummissjoni għall-Edukazzjoni Għolja.  Il-Kunsill Malti tal-Kwalifiki huwa ħolqa oħra f’din ir-riforma li għandha l-iskop li twessa’ it-tagħlim u trawwem kultura ta’ kwalifiki tul il-ħajja.
Meta wieħed jħares lejn il-proposta Ewropea u lejnis-sistema edukattiva tagħna mill-ewwel jintebaħ li hemm ħafna aktar konverġenzi milli diverġenzi.   Huwa fis-settur ta’ l-edukazzjoni vokazzjonali li fuqu l-Kunsill Malti tal-Kwalifiki irid jaħdem biex il-kwalifiki jiġu ristrutturati biex nassiguraw aċċess għat-tagħlim tul il-ħajja u trasferiment aktar flessibbli.
Il-Gvern huwa determinat li jżid ir-riżorsi meħtieġabiex l-istituzzjonijiet edukattivi ikun jistgħu jipprovdu aktar servizzi ta’ tagħlim ta’ kwalità biex b’hekk nilħqu il-miri tagħna ta’ parteċipazzjoni ogħla fl-edukazzjoni.  Il-mira tagħna hija li sa 2015, 85% ta’ l-istudenti jkollhom edukazzjoni post-sekondarja.  Hemm ukoll il-mira tagħna li sa 2010, il-parteċipazzjoni fil-livell terzjarju titla minn 23% għal 30%.  Dan ikun ifisser żieda ta’ madwar 2000 student aktar fl-Università.
“Nemmen li dan huwa biss il-bidu ta’ proċess ta’konsultazzjoi dwar il-proposta tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki.  Hemm bżonn ta’ diskussjonijiet aktar tekniċi u iffukati mas-setturi kollha ikkunċernati.  Huwa l-kompitu tal-Kunsill Malti għall-Kwalifiki li jorganizza dawn il-laqgħat biex b’hekk l-għażliet tagħna jservu tassew bħala muftieħ għat-tagħlim tul il-ħajja.”
”Nitlobkom tixtarru sew id-dokument, tagħmlu l-propostitagħkom biex b’hekk, meta jitfassal il-Qafas Nazzjonali tal-Kwalifiki, barra li jkun jirrifletti din il-proposta, jkun ukoll ta’ relevanza għas-sistema edukattiva tagħna, biex din tkompli tevolvi u tissaħħaħ għal ġid ta’ kulħadd.”
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow