Id-Dipartiment għas-Servizzi ta’ l-Indafa kommess biex itejjeb dejjem aktar is-servizzi tiegħu lil pubbliku
pr1682
18/11/2005
| Investiment qawwi ta’ madwar kwart ta’ miljun lira | f’xiri ta’ makkinarju u mezzi ta’ trapsort għat-Taqsima tax-Xogħlijiet għandu jwassal għal iktar effiċjenza fit-twettiq ta’ proġetti ta’ tisbiħ u restawr mill-ħaddiema tal-Gvern. Dan qalu l-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, l-Onor. Ninu Zammit meta kien preżentat bid-dettalji tal-Quality Service Charter li nieda d-Dipartiment għas-Servizzi ta’ l-Indafa, fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura. |
| Ir-ristrutturar li twettaq fl-aħħar sentejn | fil-Ministeru, qed iwassal għat-twettiq ta’ bosta proġetti ta’ tisbiħ u restawr. Proġetti li qed jitwettqu madwar Malta kollha. Ma’ dawn il-proġetti jiżdiedu wkoll ix-xogħlijiet intensivi li twettqu fil-widien. |
| Fl-aħħar sentejn tnaddfu u ġew rijabilitati ‘l fuq minn | 12-il kilometru ta’ widien. Permezz ta’ dan l-investiment, il-ħaddiema se jkollhom l-għodda neċessarja sabiex iwettqu l-lista ta’ proġetti li għandu ppjanati dan il-Ministeru għas-sena 2006. |
| Fost dawn, il-Ministru Zammit semma l-bini tal-promenade | li minn Wied Babu jwassal għal Ħaġar Qim, it-trasformazzjoni tal-Masġar ta’ Bormla f’post ta’ rikreazzjoni u l-bini mill-ġdid tal-Wied ta’ Burmarrad. Proġetti li kollha se jsiru minn ħaddiema tal-Gvern. |
| L-investiment ta’ kwart ta’ miljun lira jikkonsisti | f’xiri ta’ 13-il vann, żewġ gafef żgħar (bobcats u scarifier), żewġ tower ladders, 3 trakkijiet, 4 sweepers, u backhoe loader. Dan il-makkinarju u mezzi ta’ trasport se jkunu qed jintużaw minn diversi dipartimenti fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet. Dan ser jippermetti iktar flessibilita, effiċjenza u fuq kollox nuqqas ta’ burokrazija. |
| B’riferenza għal Quality Service Charter li nieda | d-Dipartiment għas-Servizzi ta’ l-Indafa, l-Ministru Zammit enfasizza fuq il-ħtieġa li l-pubbliku jikkollabora iktar. Dan sabiex inżommu t-toroq tagħna, il-ġonna pubbliċi, l-faċilitajiet sportivi u ta’ rikreazzjoni, iż-żoni industrijali, il-bajjiet u l-kampanja fi stat nadif. |
| Fl-ewwel għaxar xhur tas-sena ntefqu ‘l fuq minn | Lm400,000 fi ġbir ta’ skart mormi b’mod illegali. B’dawn il-fondi, dan il-Ministeru seta’ investa f’xiri ta’ ħafna iktar makkinarju u mezzi ta’ trasport sabiex iwettaq proġetti ta’ tisbiħ. |
Other Press Releases:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949