Left arrow Mur Lura

Il-Gvern Malti jippreżenta r-rapport lill-Kummissjoni Ewropea fuq il-kaċċa u l-insib fir-Rebbiegħa

pr1679
Date Icon 17/11/2005
Il-GvernMalti llum ppreżenta r-rapport lill-Kummissjoni Ewropea dwar l-applikazzjoni tad-deroga taħt Artiklu 9 tad-Direttiva dwar l-Għasafar għall-kaċċa u l-insib tal-gamiem u s-summien fir-rebbiegħa.
Mad-dħul ta’Malta fl-Unjoni Ewropea, Malta applikat Artiklu 9 sabiex tippermetti l-kaċċa u l-insib tas-summien u l-gamiem fil-gżejjer Maltin fir-rebbiegħa.
Fir-rapportli ppreżentat lill-Kummissjoni, hemm imniżżel l-għadd ta’ għasafar li nqabdu minn mindu pajjiżna ssieħeb fl-UE sa l-aħħar ta’ Mejju 2004, il-kundizzjonijiet li japplikaw biex issir din l-attività u jispjega kif din is-sistema qiegħda tiġi kkontrollata u nfurzata.
Il-Gvernqed jagħmel dak kollu li huwa possibbli mal-Kummissjoni Ewropea biex jinżammu l-kaċċa u l-insib għall-gamiem u s-summien fir-rebbiegħa, u huwa determinat li jara li dan isir fil-parametri ta’ dak li hu stabbilit fil-liġi.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow