FTUH TA’ CENTRU TA’ MATUL IL-JUM GHALL-ANZJANI
pr1672
16/11/2005
| F’l-okkazjoni | tal-ftuħ taċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum ġewwa n-Naxxar, l-Onor. Louis Deguara, Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita’ qal li fis-snin li ġejjin se jkun hemm żieda fit-talba għal servizzi għall-anzjani għaliex in-numru ta’ anzjani se jiżdied ferm. Hu previst li f’temp ta’ għoxrin sena l-anzjani jkunu jiffurmaw terz tal-popolazzjoni kollha. Dan bla dubju se jġib miegħu pressjoni fuq il-Gvern u fuq is-servizzi li jipprovdi. Il-Gvern mil-lum qiegħed jaħseb biex l-anzjani anki ta’ għoxrin sena oħra ikollhom il-mezzi biex jgħixu ħajja ta’ kwalità. Il-Gvern qiegħed jaħdem fuq riforma tal-pensjonijiet għax is-sistema preżenti mhix waħda sostenibbli. Barra minhekk il-Gvern qiegħed jistieden lill-privat biex jidħol bi sħab mal-Gvern biex jitwettqu proġetti ta’ fejda fis-settur ta’ l-anzjani. Dan diġà qiegħed isir u bħalissa għaddejja ħafna ħidma fuq ir-residenza għall-anzjani fil-Mellieħa. Din il-kollaborazzjoni bejn il-Gvern u l-privat hi it-triq li rridu nimxu. |
| Fuq | livell aktar baxx din il-kollaborazzjoni qed tiġi wkoll imħaddma bejn il- Gvern u l-Kunsilli Lokali. Fil-fatt għandna diversi Centri għall anzjani li huma mmexxija minn Kunsilli Lokali. Is-sistema qegħda taħdem pero’ dejjem jibqa’ lok għal titjib. |
| Bħal | f’kull Lokalità l-anzjani fin-Naxxar qegħdin jiżdiedu. Dan iċ-Ċentru ta’ matul il-Jum għandu jgħin biex l-anzjani tan-Naxxar ikolhom fejn iqattgħu ftit ħin f’ambjent pjaċevoli. L-anzjani m’għandhomx jitilfu din l-opprtunità. Il-Ministru ħeġġeg lill-anzjani biex jiffrekwentaw il-post. |
Other Press Releases:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949