JIBDA L-EWWEL KORS TA’ TAĦRIĠ GĦAL MIN JAĦDEM FIL-KOSTRUZZJONI TAT-TOROQ
pr1669
16/11/2005
| Il-Gvern, l-Awtorità dwar | it-Trasport (ADT), il-Federazzjoni tal-Industriji (FOI) u 17-il kuntrattur qed jingħaqdu flimkien biex għall-ewwel darba jsir kors ta’ taħriġ għall-foremen fil-kostruzzjoni tat-toroq. |
| Il-Ministru | għall-Iżvilupp Urban u Toroq, Jesmond Mugliett waqt żjara li għamel fi Triq il-Kunsill ta’ l-Ewropa, fejn bħalissa qed isir it-taħriġ prattiku bħala parti minn dan il-kors, qal li dan huwa pedina kruċjali biex tkun tista’ titwettaq il-politika tal-Gvern li tħares fit-tul lejn it-titjib tan-network tat-toroq ta’ Malta u Għawdex mit-toroq arterjali sa dawk residenzjali. |
| “L-aħħar tmien snin ġabu | magħhom rivoluzzjoni fil-qasam tal-kostruzzjoni tat-toroq: bdew jiggradwaw inġiniera fil-kostruzzjoni tat-toroq mill-Università ta’ Malta u ġew ippubblikati regolamenti u linji gwida dwar il-kostruzzjoni tat-toroq,” spjega l-Ministru Mugliett. |
| “Fl-istess ħin inqabad | ritmu tajjeb ta’ proġetti ta’ toroq fuq skala kbira –fosthom il-‘multi-level junction’ f’Tal-Qroqq u l-bini mill-ġdid ta’ 16.5-il kilometru ta’ toroq arterjali u distributorji finanzjat mill-Ħames Protokol bejn Malta u l-Italja. Dan ir-ritmu qed ikompli anke f’dawn il-jiem bil-bidu tax-xogħol fuq is-sitt proġetti li qed jiġu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea. |
| “Pajjiżna llum għandu | mhux biss l-għodda iżda anke strateġija li tħares fit-tul lejn it-titjib tat-toroq kollha. Dawn wasslu għall-ħtieġa li n-‘know-how’ li ksibna fl-aħħar snin jinfirex ukoll sal-ħaddiema impjegati tal-kuntratturi li jwettqu dawn ix-xogħlijiet.” |
| “Bħalissa għaddejjin | ukoll taħdidiet mal-MCAST biex jinħoloq kors ġdid miftuħ għal żgħażagħ li għadhom ħerġin mill-iskejjel sekondarji li jwassal għal diploma fil-kostruzzjoni tat-toroq. Dan għandu jwassal biex ix-xogħol f’dan il-qasam jibda jitqies bħala sengħa jew vokazzjoni,” qal il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq. |
| Hu żied jgħid li | l-parteċipazzjoni ta’ 17-il kuntrattur f’dan il-Public Private Partnership hija xhieda ċara tal-impenn tagħhom li jinvestu fil-ħaddiema tagħhom biex dawn ikunu jistgħu jwettqu x-xogħol b’mod aktar professjonali. |
| Il-Ministru temm | jirringrazzja lill-Federazzjoni tal-Industriji u l-kuntratturi talli ħallew lill-ħaddiema tagħhom jipparteċipaw f’dan il-kors u talli offrew il-makkinarju kollu għall-parti prattika tal-kors. Hu faħħar lill-FOI ukoll tar-rwol mhux tas-soltu li ħadet f’dan il-proġett, fejn kienet determinanti biex il-membri tagħha jinvestu fl-iżvilupp tal-ħaddiema tagħhom. |
| “Dan għandu jiżgura mhux | biss li l-istess kuntratturi jtejjbu l-produttività u l-profitabbilità tagħhom iżda wkoll għandu jwassal biex il-poplu jieħu aktar value for money mill-investiment qawwi li qed isir fit-toroq ta’ pajjiżna,” temm jgħid il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq. |
| Minbarra inġiniera | esperti barranin f’dan il-qasam, bħala lecturers għal dan il-kors ser jinġiebu wkoll foremen mill-Ġermanja biex iħarrġu lill-Maltin fil-prattiċi tax-xogħol tagħhom. Minbarra li tipprovdi t-triq biex isir it-taħriġ prattiku, l-ADT ser tagħti wkoll kumpens lill-kuntratturi għall-materjal li jużaw u spejjeż oħra. |
| Il-kors - maqsum f’żewġ | partijiet fuq tliet xhur - iwassal għal ċertifikat fil-kostruzzjoni tat-toroq. L-assessment tal-parteċipanti ser ikun qed isir matul il-parti prattika tal-kors. L-ewwel parti tal-kors bdiet il-ġimgħa li għaddiet u tiġi fi tmiemha fl-10 ta’ Diċembru. It-tieni parti tibda f’Jannar u tiġi fi tmiemha fi Frar. |
| Bħala xogħol prattiku ser | tkun qed tinbena mill-ġdid sezzjoni ta’ madwar 200 metru fuq naħa minn Triq il-Kunsill ta’ l-Ewropa fil-limiti tal-Fgura. Il-bini tal-bqija ta’ din it-triq mistennija titkompla wara li joħroġ tender għat-tlestija tagħha. Il-kors mhux ser jidħol biss fit-teknika ta’ kostruzzjoni ta’ triq, iżda anke aspetti oħra li huma meqjusa ndispensabbli fit-twettiq tax-xogħol, bħal ma huma t-treġija tat-traffiku u s-sigurtà fuq is-sit waqt li jkun għaddej ix-xogħol, kif ukoll il-manutenzjoni tal-makkinarju li jintuża. |
| Hu maħsub li dan il-kors | jiġi ripetut f’każ li jkun hemm biżżejjed domanda mill-kuntratturi. Minbarra dan it-taħriġ teoretiku u prattiku fil-kostruzzjoni tat-toroq, il-foremen li qed jieħdu sehem f’dan il-kors qed jattendu għal kors ieħor organizzat mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ (ETC) biex huma stess ikunu jistgħu iħarrġu lill-ħaddiema li jaqgħu taħthom. |
Other Press Releases:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949