Left arrow Go Back

Inawgurat Ċentru ta’ Matul il-Jum fin-Naxxar

pr1666
Date Icon 15/11/2005
L-Onor. LouisDeguara, Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita’ u l-Onor. Helen D’Amato, Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’, illum inawguraw Ċentru ta’ Matul il-Jum fin-Naxxar. Dan iċ-Ċentru huwa l-15 il-wieħed tax-xorta tiegħu, u nfetaħ b’kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Lokali u l-Gvern.
Prezenti ghal dinic-Cerimonja kien hemm is-Sindku tal-lokalita tan-Naxxar, Dott Maria Deguara, bosta kunsilliera kif ukoll numru ta’ anzjani li gew mistiedna jzuru dan ic-Ċentru ghall-ewwel darba.
F’kelmtejn li ghamlet l-Onor. HelenD’Amato, hija sostniet illi  l-mira ewlenija tal-Gvern kienet, għadha u tibqa' dejjem li safejn u sakemm hu possibli, l-anzjan jibqa' jgħix f'daru, fl-ambjent li huwa mdorri fih. Kien għalhekk li l-Gvern introduċa d-Day Centres, u diversi servizzi ohra bħal Home Help, Meals on Wheels, Handyman Service u l-Pensjoni tal-Wens fost oħrajn. Dawn is-servizzi jipprovdu spalla lill-anzjani u fl-istess waqt itaffu l-piz minn fuq il-familja tagħhom”.
Is-Sinjura D’Amato ħegget lill-anzjanisabiex jattendu dan iċ-Ċentru li għalissa ser jiftaħ għal darba fil-gimgħa, filwaqt li spjegat li  “iċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum bdew fl-1995 bil-ftuħ taċ-Ċentru tal-Hamrun u taż-Żejtun, evolvew minn ċentri socjali, fejn l-anzjani kienu jiltaqgħu biex jissoċjalizzaw u jgħaddu l-ħin flimkien, għal ċentri fejn l-anzjani jinġħataw fost l-oħrajn anke servizzi ta’ podologija, occupational therapy  u fizjoterapija.
F’dawn iċ-ċentri jiġu organizzati wkoll,attivitajiet edukattivi, rekreattivi u spiritwali fuq bażi regolari skond iż-żmien tas-sena u tradizzjonijiet Maltin. Fiċ-ċentri, l-anzjani jiġu mħeġġa li jaqsmu l-ħiliet tagħhom ma’ anzjani oħra. F’ diversi ċentri isir xogħol ta’ granutel, crochet, parċmina, knitting u xogħol ta’ l-idejn ieħor.
Attivitajiet oħra organizzati permezztal-anzjani stess huma t-tagħlim tal-lingwi, kitarra u anke żfin. Is-Sinjura D’Amato ħegget lill-ħaddiema taċ-Ċentru kif ukoll lill-istess anzjani biex jagħmlu l-ħila tagħhom sabiex dan iċ-Ċentru ikun wieħed dinamiku u sabiex jagħrfu jagħmlu użu tajjeb mill-hin, kapacitajiet kif ukoll mill-lokalita (premises)”.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow