Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU AUSTIN GATT JATTENDI S-SUMMIT DINJI DWAR IS-SOĊJETÀ TA’ L-INFORMAZZJONI

pr1665
Date Icon 15/11/2005
Il-Ministru Austin Gattdal-għodu mar Tunis biex jattendi t-tieni fażi tas-Summit Dinji dwar is-Soċjetà ta’ l-Informazzjoni. Is-Summit issejjaħ min-Nazzjonijiet Magħquda u qed jiġbor flimkien Kapijiet ta’ Stat u Gvern, u Ministri minn 148 pajjiż madwar id-dinja. Is-Summit qed ilaqqa’ wkoll rappreżentanti mill-industrija tat-teknoloġiji ta’ l-informazzjoni u l-komunikazzjoni u rappreżentanti mis-soċjetà ċivili.
Is-Summit mistennijiddiskuti l-progress li sar f’livell globali fl-implimentazzjoni tal-pjan t’azzjoni biex tinħoloq Soċjetà Globali ta’ l-Informazzjoni li kien varat fl-ewwel fażi tas-Summit li ltaqgħet f’Ġinevra fl-2003.

Żewġ temi huma mistennija jiddominaw id-diskussjoni: 

1.    Il-firdadiġitali fuq livell globali għadha realtà drammatika fejn partijiet sħaħ tad-dinja għadhom ma ntlaħqux mit-teknoloġija u mill-benefiċċji tagħha. Is-Summit għandu jiddiskuti liema huma l-aktar toroq ġusti u prattiċi biex isir sforz dinji biex it-teknoloġiji jintużaw biex inaqqsu l-faqar, l-injoranza, il-migrazzjoni sfurzata u l-problemi kollha li dawn iġibu magħhom.
2.   It-tienitema li mistennija tqajjem ħafna diskussjoni hi dwar x’forma għandha tieħu l-amministrazzjoni ta’ l-Internet fuq livell globali hekk kif illum 15% taċ-ċittadini tad-dinja jużaw l-Internet b’mod regolari iżda l-infrastruttura bażika ta’ l-Internet għada d-dominata mill-Istati Uniti ta’ l-Amerka.
Il-Ministru Austin Gatt mistenni jqajjemfid-diskussjonijiet l-importanza li fis-Soċjetà Globali ta’ l-Informazzjoni tingħata attenzjoni ferm akbar milli qed tingħata llum biex it-tfal jitħarsu mill-abbużi li jistgħu jkunu esposti għalihom bit-teknoloġiji l-ġodda.
Il-Ministru Gatt ser jargumenta li s-soċjetàglobali għandha l-obbligu li tpoġġi bħala fost l-ewwel prioritajiet tagħha l-protezzjoni tat-tfal. Dan ukoll għax teknoloġiji l-ġodda jistgħu jispiċċaw sfruttati minn min irid jabbuża biex iqarraq bit-tfal.
Dawn il-problemi jistgħu jieħdu l-formata’ pornografija li tinvolvi t-tfal, iżda tista’ tinvolvi wkoll użu ta’ mezzi elettroniċi biex isostnu ċrieki ta’ pedofilija jew inkella biex individwi b’intenzjonijiet ħżiena jqarrqu tfal biex iħajruhom jiltaqgħu magħhom.
Malta qed tħejji riformi leġislattivibiex tiġġieled dawn il-possibilitajiet flimkien ma’ kampanji ġodda ta’ informazzjoni u taħriġ għal tfal, ġenituri u għalliema. Iżda l-Ministru Gatt ser jargumenta li fil-kuntest ta’ l-Internet ebda pajjiż waħdu ma jista jegħleb din il-problema u hu meħtieġ sforz dinji għal dan il-għan.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow