IL-MINISTRU AUSTIN GATT JATTENDI S-SUMMIT DINJI DWAR IS-SOĊJETÀ TA’ L-INFORMAZZJONI
pr1665
15/11/2005
| Il-Ministru Austin Gatt | dal-għodu mar Tunis biex jattendi t-tieni fażi tas-Summit Dinji dwar is-Soċjetà ta’ l-Informazzjoni. Is-Summit issejjaħ min-Nazzjonijiet Magħquda u qed jiġbor flimkien Kapijiet ta’ Stat u Gvern, u Ministri minn 148 pajjiż madwar id-dinja. Is-Summit qed ilaqqa’ wkoll rappreżentanti mill-industrija tat-teknoloġiji ta’ l-informazzjoni u l-komunikazzjoni u rappreżentanti mis-soċjetà ċivili. |
| Is-Summit mistenni | jiddiskuti l-progress li sar f’livell globali fl-implimentazzjoni tal-pjan t’azzjoni biex tinħoloq Soċjetà Globali ta’ l-Informazzjoni li kien varat fl-ewwel fażi tas-Summit li ltaqgħet f’Ġinevra fl-2003. |
Żewġ temi huma mistennija jiddominaw id-diskussjoni:
| 1. Il-firda | diġitali fuq livell globali għadha realtà drammatika fejn partijiet sħaħ tad-dinja għadhom ma ntlaħqux mit-teknoloġija u mill-benefiċċji tagħha. Is-Summit għandu jiddiskuti liema huma l-aktar toroq ġusti u prattiċi biex isir sforz dinji biex it-teknoloġiji jintużaw biex inaqqsu l-faqar, l-injoranza, il-migrazzjoni sfurzata u l-problemi kollha li dawn iġibu magħhom. |
| 2. It-tieni | tema li mistennija tqajjem ħafna diskussjoni hi dwar x’forma għandha tieħu l-amministrazzjoni ta’ l-Internet fuq livell globali hekk kif illum 15% taċ-ċittadini tad-dinja jużaw l-Internet b’mod regolari iżda l-infrastruttura bażika ta’ l-Internet għada d-dominata mill-Istati Uniti ta’ l-Amerka. |
| Il-Ministru Austin Gatt mistenni jqajjem | fid-diskussjonijiet l-importanza li fis-Soċjetà Globali ta’ l-Informazzjoni tingħata attenzjoni ferm akbar milli qed tingħata llum biex it-tfal jitħarsu mill-abbużi li jistgħu jkunu esposti għalihom bit-teknoloġiji l-ġodda. |
| Il-Ministru Gatt ser jargumenta li s-soċjetà | globali għandha l-obbligu li tpoġġi bħala fost l-ewwel prioritajiet tagħha l-protezzjoni tat-tfal. Dan ukoll għax teknoloġiji l-ġodda jistgħu jispiċċaw sfruttati minn min irid jabbuża biex iqarraq bit-tfal. |
| Dawn il-problemi jistgħu jieħdu l-forma | ta’ pornografija li tinvolvi t-tfal, iżda tista’ tinvolvi wkoll użu ta’ mezzi elettroniċi biex isostnu ċrieki ta’ pedofilija jew inkella biex individwi b’intenzjonijiet ħżiena jqarrqu tfal biex iħajruhom jiltaqgħu magħhom. |
| Malta qed tħejji riformi leġislattivi | biex tiġġieled dawn il-possibilitajiet flimkien ma’ kampanji ġodda ta’ informazzjoni u taħriġ għal tfal, ġenituri u għalliema. Iżda l-Ministru Gatt ser jargumenta li fil-kuntest ta’ l-Internet ebda pajjiż waħdu ma jista jegħleb din il-problema u hu meħtieġ sforz dinji għal dan il-għan. |
Other Press Releases:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949