Stqarrija mill-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern
pr1662
14/11/2005
| B’referenza għal rapporti | li dehru f’xi ġurnali kemm lokali kif ukoll barranin, illi l-forzi tas-sigurtà f’Malta għandhom informazzjoni dwar tentattivi ta’ attakki terroristiċi waqt is-summit tal-Kapijiet tal-Gvern tal-pajjiżi tal-Commonwealth, il-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern jiċħad li teżisti jew li saret xi operazzjoni mill-forzi tas-sigurta’ Maltin, b’konnessjoni ma’ dan. |
| B’mod partikolari jiċħad | li kien hemm xi “refuġjat Sudaniż” jew refuġjat ieħor li kien qiegħed jipprepara xi attakk simili. |
| B’dana kollu minkejja li | m’hemm ebda nformazjoni dwar xi attakk simili waqt is-summit, il-forzi tas-sigurtà Maltin qed jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji in vista tal-fatt li f’Malta ser ikun hawn 53 rappreżentant għoli tal-pajjiżi tal-Commonwealth. |
| Il-prekawzjonijiet tas-sigurta’ | li qed jittieħdu huma dawk neċċessarji in vista tal-personalitajiet li ser jattendu, il-pajjiżi minn fejn ġejjin u s-sitwazzjoni internazzjonali viġenti. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949