Left arrow Go Back

Stqarrija mill-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern

pr1662
Date Icon 14/11/2005
B’referenza għal rapportili dehru f’xi ġurnali kemm lokali kif ukoll barranin, illi l-forzi tas-sigurtà f’Malta għandhom informazzjoni dwar tentattivi ta’ attakki terroristiċi waqt is-summit tal-Kapijiet tal-Gvern tal-pajjiżi tal-Commonwealth, il-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern jiċħad li teżisti jew li saret xi operazzjoni mill-forzi tas-sigurta’ Maltin, b’konnessjoni ma’ dan.
B’mod partikolari jiċħadli kien hemm xi “refuġjat Sudaniż” jew refuġjat ieħor li kien qiegħed jipprepara xi attakk simili.
B’dana kollu minkejja lim’hemm ebda nformazjoni dwar xi attakk simili waqt is-summit, il-forzi tas-sigurtà Maltin qed jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji in vista tal-fatt li f’Malta ser ikun hawn 53 rappreżentant għoli tal-pajjiżi tal-Commonwealth.
Il-prekawzjonijiet tas-sigurta’li qed jittieħdu huma dawk neċċessarji in vista tal-personalitajiet li ser jattendu, il-pajjiżi minn fejn ġejjin u s-sitwazzjoni internazzjonali viġenti.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow