Left arrow Mur Lura

DOKUMENTI TAL-MINISTERU ‘ON-LINE’

pr1661
Date Icon 14/11/2005

Id-dokumenti dwar l-Edukazzjoni li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra, mill-Prim Ministru Dr. Lawrence Gonzi waqt id-diskors tal-Budget, kif ukoll mill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Louis Galea waqt id-diskors tiegħu fil-Parlament dwar il-vot tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, jistgħu jinkisbu minn fuq l-internet minn www.education.gov.mt.

Id-dokument li nieda l-Prim Ministru, intitolat ‘Commission for Higher Education’ jista’ jinkiseb minn fuq is-sit www.education.gov.mt/nche.htm u min ikun irid kopja stampata jista jikkuntattja lill-Ministeru.

Il-Ministru Louis Galea nieda wkoll dokument intitolat ‘School Attendance Improvement’ u jirrigwarda l-problema ta’ l-assenteiżmu, u dokument ieħor intitolat ‘MATSEC - Strengthening a National Examination System’ li jiffoka fuq is-sistema ta’ l-eżamijiet tas-SEC u tal-MATSEC.

Id-dokument ‘School Attendance Improvement’ jista’ jinkiseb minn fuq is-sit www.education.gov.mt/attendance.htm u fil-ġimgħat li ġejjin, ikun hemm kopji stampati li wieħed ikun jista’ jakkwista mill-Ministeru.

Id-dokument ‘MATSEC - Strengthening a National Examination System’ jinsab fuq is-sit: www.education.gov.mt/matsec.htm.

Bħal m’għamel kull meta kellu rapporti bħal dawn, il-Ministeru jqassam dawn id-dokumenti fost l-istakeholders kollha u kull min irid jikkontribwixxi bl-iskop li wara żmien ta’ djalogu, diskussjoni u konsultazzjoni, jieħu id-deċiżjonijiet meħtieġa biex il-qasam ikompli jevolvi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow