REBBIEĦA TAL-PREMJU ĦADDIEM TAS-SENA 2005
pr1660
12/11/2005
| Għat-tieni sena konsekuttiva, hija mara r-rebbieħa tal-Premju | Ħaddiem tas-Sena 2005 biex b’hekk tkun is-sitt mara li rebħet dan il-premju minn mindu beda jingħata fl-1988. Natasha Farrugia hi l-Ħaddiema tas-Sena 2005. Natasha kienet taħdem il-Mediterraneo Marine Park u b’hekk ġejja mis-settur privat. |
| Il-Kumitat ta’ l-Għażla immexxi mis-Sur Anthony Tabone ħabbar l-għażla | tiegħu waqt ċerimonja li saret fiċ-Ċentru Robert Samut, il-Furjana. Is-Sur Tabone qal li ddelibera fit-tul u għarbel is-sottomissjonijiet kollha u wasal għall-konklużjoni li Natasha Farrugia kienet il-persuna minn fost dawk kollha nominati, li wettqet ix-xogħol tagħha b’diliġenza u korrettezza kbira u li barra minn hekk jidher ċar li l-interess tagħha fuq il-post tax-xogħol mar lil hinn minn dak rikjest minnha bħala impjegata. Hu qal li hi kienet strumentali biex tinżamm l-għaqda fost il-ħaddiema sħabha, qagħdet attenta li taqsam ma’ sħabha deċiżjonijiet li tkun ser tieħu bħala Manager u għenet personalment impjegati oħra fuq ix-xogħol anke fil-bżonnijiet personali tagħhom. |
| Għalkemm is-Sinj. Farrugia m’għadiex taħdem fil-Mediterraneo Marine | Park il-ħaddiema u l-kollegi tagħha ħassew li kienet hi li jistħoqqilha tIrbaħ dan il-premju għaliex fi kliemhom stess, ħassew li llum il-ġurnata m’għadekx issib persuni daqshekk onesti u lesti jgħinu u jaqbżu għal sħabhom il-ħaddiema daqs is-Sinj. Farrugia. Dawk li innominawha raw fiha persuna ħabrieka u li tinvolvi lill-ħaddiema fit-teħid tad-deċiżjonijiet, persuna kreattiva u li lesta tisma, persuna li tgħin lill-ħaddiema u persuni fil-bżonn u fuq kollox persuna b’sens ta’ ġustizzja li kienet tagħti opportunitajiet lil kulħadd mingħajr diskriminazzjoni. |
| Minbarra l-ħidma tagħha is-Sinj. Farrugia kienet torganizza ’Orphans | Day’ fejn kienu jiġu mistiedna tfal orfni minn Malta u Għawdex biex iqattgħu ġurnata fil-park bla ħlas. Kienet wkoll involuta fil-programm Ingliż ’Make a wish’ fejn tifla ta’ 12-il sena li kienet marida serjament kella x-xewqa li tgħum mad-dniefel u permezz ta’ Natasha Farrugia din ix-xewqa saret realtà, din fil-fatt kienet l-aħħar xewqa ta’ din it-tifla ingliża li ftit xhur wara mietet. Is-Sinj. Farrugia hi ukoll involuta ma’ diversi għaqdiet volontarji. |
Other Press Releases:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949