Left arrow Mur Lura

DEHRA ĠDIDA GĦAL VJAL ĠLORMU CASSAR

pr1659
Date Icon 12/11/2005
L-ewwel fażi tal-proġett ta’ tisbiħtat-triq li mill-Cruise Liner Passenger Terminal twassal sal-belt Valletta tlestliet.
Din il-fażi kienet tkopri xogħlijiet ta’tisbiħ fi Vjal Ġlormu Cassar.  Ix-xogħol kien jinkludi t-twessiegħ tal-bankini u l-ħolqien ta’ parking bay, ġew mgħoddija mill-ġdid is-servizzi, tnaddfu ta’ l-istorm water culverts u tqiegħdu 1,600 metru kwadru ta’ bankini bil-ġebel tal-qawwi.
Bħala parti mill-proġett ġiet installatasistema ġdida ta’ dawl elettriku low-lighting filwaqt li l-lanterni ġew restawrati u ngħataw dehra ġdida.
It-tieni fażi tax-xogħol tul it-Telgħatal-Kruċifiss u xi xogħlijiet f’Misraħ Kastilja mistennija jibdew fil-bidu ta’ Diċembru.
Il-Ministru għat-Turiżmu u KulturaFrancis Zammit Dimech qal li dan kien proġett ieħor li qed jitwettaq mill-Ministeru għat-Turiżmu u l-Kultura flimkien ma’ l-Awtorità għat-Turiżmu ta’ Malta biex insebbħu pajjiżna. Hu qal li dan il-proġett twettaq fi żmien rekord u ta’ dan ried jirringrazzja lill-MTA u lill-kuntrattur li ħadem fuq dan il-proġett.
“Bħalissa qed jitwettqu f’pajjiżnadiversi proġetti maħsuba biex inkomplu ngħollu l-livell tal-prodott li noffru lit-turisti. F’dawn il-proġetti qed inkunu mgħejjuna permezz ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea li għal dan il-proġett kif ukoll għat-tisbiħ ta’ Howard Gardens ingħatajna miljun Euro. F’dawn il-proġetti l-Unjoni Ewropea toħroġ 75 fil-mija ta’ l-ispejjeż filwaqt li l-Gvern Malti joħroġ 25 fil-mija,” qal il-Ministru Zammit Dimech.
Sadattant il-ġimgħa d-dieħla se jibda x-xogħolfuq il-kisi ta’ Vjal Ġlormu Cassar bit-tarmak mill-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow