Għaddejjin l-aħħar xogħlijiet ta’ restawr fil-“Cappella d’Italia” ġewwa l-Kon-Katidral ta’ San Ġwann - Finanzjament mill-Ħames Protokoll Taljan
pr1652
11/11/2005
| Daħlu fl-aħħar fażi x-xogħlijiet ta’ restawr fuq il-“Cappella | d’Italia” fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann; restawr li qed jitwettaq bl-għajnuna ta’ fondi mill-Ħames Protokoll Taljan. |
| Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura permezz | tal-Proġett għar-Rijabilitazzjoni tal-Belt Valletta, huwa responsabbli minn dan il-proġett. Proġett li se jkompli jżid mal-ġojjelli artistiċi li nsibu fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann. Dan ir-restawr qed isir ukoll b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni tal-Kon-Katidral. |
| Il-Ministru Ninu Zammit segwa x-xogħlijiet li qed | iwettqu r-restawraturi Taljani. Din il-kappella hija dedikata lil Santa Katarina ta’ Lixandra. Ir-restawr qed jiġi esegwit fuq il-kapella kollha, ħlief għal kwadru ta’ l-artal ta’ l-għerusija ta’ Santa Katarina, impitter minn Mattia Preti. Dan kien restawrat ftit tas-snin ilu. |
| Il-kuntrattur Taljan għamel xogħol ta’ restawr fuq żewġ | lunetti, l-irħam, skulturi tal-bronż, tal-ġebel u ta’ l-injam. Saru ukoll interventi delikati fuq l-induratura, il-pittura u l-ħitan kollha tal-kappella. Il-proġett ħaseb ukoll sabiex itaffi l-problema ta’ l-umdita’ li wieħed isib f’din il-kappella. Ix-xogħol beda fi Frar 2004. L-istatwi ta’ Santa Katarina u Santa Ewfemja li qegħdin mal-ġnub ta’ l-artal ġew ukoll restawrati. |
| Dan huwa proġett ieħor li qed jitwettaq bis-saħħa ta’ | finanzjament konġunt mill-Protokoll Taljan. Il-proġett se jiswa ’l fuq minn kwart ta’ miljun lira. Fost l-ispejjeż li ħallas għalihom il-Gvern Malti hemm xiri ta’ scaffolding, li se jibqa’ jintuża fi proġetti futuri. Permezz ta’ dan il-Protokoll qed isir ukoll restawr fuq l-orgni tal-Kattidral. Ix-xogħol fuq l-orgni qed jitwettaq kemm f’Padova u kemm f’Malta. Dan ix-xogħol huwa pjanat li jintemm fi Frar. |
| Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura jgħin lil | Fondazzjoni billi jipprovdi servizzi ta’ Periti u Inġiniera fit-twettiq ta’ proġetti varji. Il-proġett se jkun inawgurat mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi fid-9 ta’ Diċembru. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949