Left arrow Go Back

Premju Ħaddiem tas-Sena 2005

pr1650
Date Icon 11/11/2005
Kif  tħabbar aktar kmieni din is-sena, il-Premju Ħaddiemtas-Sena 2005 se jingħata waqt serata li se tittella’ nhar is-Sibt 12 ta’ Novembru, fis-Sala Robert Samut, il-Furjana.  Din is-sena ġew nominati erbatax-il persuna li ġejjin minn oqsma differenti tas-settur pubbliku u privat.
Dan ħabbru l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ uXogħol waqt konferenza stampa li għaliha kienu wkoll preżenti l-isponsors tal-Premju Ħaddiem tas-Sena 2005 li jinkludu l-Maltacom, l-HSBC, McDonalds, Middlesea Insurance u Farsons.
Il-Ministru Louis Galea rringrazzja lill-isponsors ta’l-appoġġ u l-għajnuna tagħhom biex tkun tista’ ssir is-serata.  Hu tenna li hu tajjeb li l-Gvern u l-Privat jaħdmu flimkien biex isir dan ir-rikonoxximent tax-xogħol u l-ħidma ta’ Maltin eżemplari.
Il-Ministru Galea ħabbar ukoll it-tema magħżula għal dinis-sena, li hi “Il-Ħaddiem u l-Inklużjoni Soċjali”.  Il-Ministru Galea tenna li bla dubju ta’ xejn, pajjiżna qed jgħaddi min esperjenza differenti fil-qasam tax-xogħol.  Minbarra l-globalizzazzjoni u l-kompetittività li kull ma jmur qed iħallu impatt qawwi fuq is-suq lokali, għandna fenomenu ieħor soċjali li jrid jingħata l-importanza tiegħu ukoll – l-Inklużjoni Soċjali, jew aħjar, il-ħtieġa li kulħadd, irrispettivament mid-differenzi li jista’ jkollu, għandu jkun rispettat u jingħata kull spazju possibbli biex jikseb il-milja tiegħu.
“Irridu nirrikonoxxu li għalkemm ġejjin minsitwazzjonijiet differenti, għandna nirrispettaw lil bniedem bid-drittijiet kollha li dan għandu, kemm bħala persuna kif ukoll bħala ħaddiem.  Ikun żball kbir jekk ma’ nkunux ippreparati biex niffaċċjaw sitwazzjonijiet u nieħdu l-azzjoni meħtieġa meta persuna tkun qed tiġi diskriminata jew vittimizzata fuq il-post tax-xogħol minħabba d-diversita’ soċjali tagħha. Dan hu x’infissru meta ngħidu li rridu Soċjetà Inklussiva, kemm jekk fil-ħajja ta’ kuljum, kemm fl-edukazzjoni, kemm fil-politika, kif ukoll fuq il-post tax-xogħol” temm jgħid il-Ministru Galea.
Is-serata tal-għotital-Premju Ħaddiem tas-Sena se tkun taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta, Dr Edward Fenech Adami, u se jattendi wkoll il-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi u l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, Dr Louis Galea.
Is-serata tikkonsisti fispettaklu awdjo-viżiv mibni madwar it-tema ewlenija taċ-ċerimonja. Ikun hemm ukoll informazzjoni viżiva dwar il-ħaddiema nominati għall-premju.  Ir-rebbieħa tas-sena li għaddiet, is-Sinjura Nora Macelli se tattendi wkoll biex tgħaddi t-trofew lir-rebbieħ ta’ din is-sena. Il-qofol tas-serata jintlaħaq bit-tħabbir ta’ min se jkun il-Ħaddiem tas-Sena 2005 mis-Sur Anthony Tabone, Chairman tal-Kumitat tal-Għażla.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow